Minn Cristian Muscat
GZIRA UNITED …………0
BALZAN …………..…..….3
Fit-tieni partita mill-fażi tal-Bottom Six, Balzan għelbu lil Gżira United bl-iskor ta’ 3-0 liema rebħa kienet mill-aktar meritata hekk kif it-team immexxi mill-coach, Andrew Cohen, ikkontralla l-andament b’mod mill-aktar faċli.
Min-naħa tal-Maroons b’din it-telfa huma baqgħu ankrati fil-qiegħ tal-klassifika u huma l-uniku team mingħajr rebħa.
Balzan kellhom l-ewwel azzjoni ta’ nota wara ftit sekondi meta’ x-xutt ta’ Jake Portelli spiċċa ġie ddevjat f’corner mill-goalkeeper, Edoardo Colombo.
Ftit wara l-bankina ta’ Balzan talbet l-intervent tal-Football Video Support wara li allegatament Gabriel Mentz Bohrer waqqa’ lil Mohammed Yahaya fil-kaxxa.
Wara li saru l-verifiki meħtieġa, ir-referee Ezekiel Barbara ma laqax it-talba ta’ Andrew Cohen.
Fid-29 minuta, Balzan fetħu l-iskor permezz ta’ Nikola Ignjatovic li kompletament waħdu, bir-ras nterċetta corner ta’ Leo Fernandes biex tefa’ fix-xibka.
Fl-34 minuta, il-Gżirjani bnew l-ewwel vantaġġ bi Francisco Saldanha jipprova xutt mid-distanza, li iżda, intemm barra. Il-Maroons komplew fuq l-offensiva u fit-38 minuta, Andre Penha da Costa rċieva cross ta’ Bartolomeu u bir-ras il-Brażiljan tefa’ barra.
Fit-42 minuta, Balzan irritornaw fuq l-offensiva biss ix-xutt ta’ Yahaya minn tarf il-kaxxa mar ftit għoli.
Balzan irduppjaw l-iskor fis-57 minuta wara li Nikola Doric irċieva passaġġ mingħand Mohammed Yahaya u għeleb lil Colombo b’ xutt baxx u preċiż.
Fil-65 minuta, Gzira United ġew mogħtija free-kick minn pożizzjoni nteressanti. Gabriel Mentz Bohrer ħa r-responsabbilita’ tax-xutt li ġie ddevjat mill-barriera.
Fil-71 minuta, Balzan issiġillaw r-rebħa meta skorjaw it-tielet goal tal-konfront meta Sekala Guehi qassam lil MARZUQ Yahaya li mill-kaxxa l-kbira kellu l-ispazju kollu li kellu bżonn biex jegħleb lil Colombo u jitfa’ fix-xibka.
Gzira U.: Edoardo Colombo, Albion Pllana, Gabriel Bohrer Mentz, Deacon Abela, Andrew Borg (Daylen Trakosopoulos 89), Luis Gabriel Moreira De Souza (Jonathan Leandro Farias 62), Brooklyn Borg (Kianz Gonzalez Froese 77), Dejan Farrugia (Dinis Djadjo 62), Joao Victor De Souza Teixeira, Maio Filipe Bartolomeu (Kayden Pace 89), Francisco Saldanha De Morais – Coach: Darren Abdila
Balzan: Manuel Issufe Djalo, Joaquim Da Silva Leonardo Fernandes (Zion Cassar 87), Jake Portelli, Samir Arab, Mohammed Marzuq Yahaya (Ederson Bruno Domingos 75), Oluwatobiloba Dimeji Awosanya, Sekala Siolklon Amiel Guehi (Leon Lapira 87), Sean Cipriott (Jake Grech 77), Rosiel Pereira Da Silva (Luis Gabriel Santos Silva 75), Nikola Ignjatovic, Nikola Doric – Coach: Andrew Cohen
Referee: Ezekiel Barbara
assistenti: James Muscat, Mark Ciantar
Raba’ Uff.: Daniel Portelli
Skorers: N. Ignjatovic 29, N. Doric 57, M. Marzuq Yahaya 71 (B)
Ammoniti: Ħadd
Player tal-Logħba: Nikola Doric (Balzan)




