L-internazzjonali Maltija Haley Bugeja reġgħet ħalliet il-marka tagħha fil-futbol Taljan, hekk kif irreġsitrat doppjetta għal Inter fid-derby kontra AC Milan.
L-attakkanta Maltija kisret l-impass fit-tieni taqsima, u tat vantaġġ kruċjali lit-tim tan-nisa ta’ Inter f’konfront importanti fis-Serie A.
Wara dan, Inter irduppjaw il-vantaġġ biex għamlu l-iskor 2-0, u b’hekk poġġew lilhom infushom f’pożizzjoni b’saħħitha hekk kif kompliet il-logħba.
Fit-83 minuta, Bugeja skorjat it-tieni gowl tagħha biex assigurat rebħa memorabbli ta’ 3-0 għal Inter kontra r-rivali eterni tagħhom.
L-aħħar kontribut ta’ Bugeja jenfasizza aktar kemm hi importanti għad-dipartiment tal-attakk ta’ Inter, bl-internazzjonali Maltija tkompli turi l-abbiltà tagħha li ssib ix-xibka fix-xena Taljana.
Il-wirjiet impressjonanti tagħha jibqgħu sors ta’ kburija għall-futbol Malti, speċjalment hekk kif tkompli tispikka f’logħbiet ta’ profil għoli.




