Delegazzjoni Maltija għamlet żjara speċjali fl-istadium ikoniku Camp Nou f’Barcelona, fejn ġiet milqugħa uffiċjalment mill-President ta’ FC Barcelona, Joan Laporta, fl-okkażjoni tal-logħba bejn FC Barcelona u Aston Villa.
Id-delegazzjoni kienet tinkludi lil Eċċellenza Tiegħu Simon Pullicino u kienet immexxija minn Thomas Mahoney, Fundatur u President ta’ Penya Barcelonista de Malta u Rappreżentant Uffiċjali ta’ FC Barcelona f’Malta.
Ma’ s-Sur Mahoney kien hemm John Borg, wieħed mill-membri fundaturi tal-EFC (European Football Clubs), li jirrappreżenta lil Birkirkara FC fi ħdan din l-organizzazzjoni tal-futbol Ewropew.
Preżenti kien hemm ukoll Marisa Grima Mallia, li kienet responsabbli għar-relazzjonijiet pubbliċi u l-fotografija tad-delegazzjoni.
Din iż-żjara offriet opportunità memorabbli lir-rappreżentanti Maltin biex jiltaqgħu mal-President ta’ wieħed mill-aktar klabbs tal-futbol prestiġjużi fid-dinja.
L-okkażjoni kompliet tenfasizza r-rabtiet b’saħħithom bejn il-komunità tal-futbol f’Malta u FC Barcelona, partikolarment permezz tal-ħidma kontinwa u d-dedikazzjoni ta’ Penya Barcelonista de Malta.
Il-laqgħa serviet ukoll biex issaħħaħ il-preżenza ta’ Malta fi ħdan il-komunità internazzjonali tal-futbol, filwaqt li trawwem relazzjonijiet pożittivi bejn rappreżentanti ta’ klabbs tal-futbol Ewropej u organizzazzjonijiet sportivi.




