Saturday, November 7, 2026
Home Sport Jum memorabbli għar-rugby Malti … Malta tegħleb lill-Ġermanja fil-100 logħba internazzjonali tagħha

Jum memorabbli għar-rugby Malti … Malta tegħleb lill-Ġermanja fil-100 logħba internazzjonali tagħha

0
27

Jum memorabbli għar-rugby Malti, hekk kif Malta għelbet lill-Ġermanja bl-iskor ta’ proprju 37-29 fil-mitt logħba internazzjonali tagħha.

F’partita fit-Tony Bezzina Stadium, Malta għelbet lil wieħed mill-favoriti fir-‘Rugby Europe Trophy’, u b’hekk kisbet rebħa oħra impressjonanti fl-ewwel kampanja tagħha f’din id-diviżjoni.

Wara r-rebħa ta’ 36-17 kontra d-Danimarka fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet — fejn it-tim irkupra minn żvantaġġ — Malta issa kisbet żewġ rebħiet minn żewġ logħbiet kontra avversarji Ewropej b’saħħithom.

Din hija kisba notevoli għall-kowċ Phil Pretorius u l-plejers tiegħu, hekk kif ir-rugby Malti jkompli jħalli l-marka tiegħu fix-xena internazzjonali.

Malta terġa’ tkun impenjata kontra l-Iżvezja nhar is-Sibt li ġej, l-14 ta’ Novembru.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here