Birkirkara Dukes A huma r-rebbieħa tar-Regional Knock-Out wara li għelbu lil Ħamrun 147 C 11-7.
Il-logħba li ntlagħbet fi Fuego Speakeasy Arena kienet waħda interessanti bil-Karkariżi li dejjem kienu minn fuq iżda bil-Ħamruniżi li baqgħu jiġru wara l-avversarji tagħhom.
Kien id-debuttant Chris Mills li daħħal il-boċċa s-sewda finali bil-membri kollha ta’ Birkirkara Duke’s A li kienu f’ewforija wara din ir-rebħa.
Sadanittant laqat l-għajn il-ġest sportiv li wettaq il-plejer ta’ 12-il sena Jake Castaldi li fl-aħħar sessjoni ammetta li kkommetta foul bir-referi u dawk preżenti li ma ndunawx b’dan kollu. Eventwalment Castaldi tilef il-frame għalkemm irċieva l-applaws mill-pubbliku preżenti wara dan il-ġest sportiv.