Saturday, December 21, 2024

Birkirkara jegħlbu lil Balzan … u jibqgħu fil-quċċata ma’ Hibernians

Aqra wkoll

Minn Cristian Muscat – ritratt: Dominic Borg

Balzan ………..1

Birkirkara …….2

F’partita pjaċevoli, Birkirkara għelbu lil Balzan bl-iskor ta’ 2-1 biex żammew il-pass ma’ Hiber­nians fil-quċċata b’punti massimi.

Kienet meritata għall-Istripes għalkemm wieħed ma jridx ineħħi mill-mertu ta’ Balzan li kellhom il-mumenti pożittivi tagħhom speċjalment fl-ewwel taqsima.

Birkirkara kellhom lil Enrico Pepe nieqes wara l-injury li sofra mat-team nazzjo­nali kontra s-Slovenja.

Birkirkara għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u fetħu l-iskor wara biss żewġ minuti meta Luke Montebello dar tajjeb ma’ żewġ difnesuri avversarji, għadda tajjeb lejn Federico Falcone li tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xib­ka.

Balzan wieġbu erba’ minuti wara meta Aleksa Andrejic kellu xutt fil-baxx minn barra l-kaxxa jiġi salvat minn Daniel Fernandes. 

Fit-23 minuta, Aleksa Andrejic għal Balzan xeħet cross għan-nofs iżda pront kien Fernandes li ħareġ minn postu biex interċetta kull periklu.

Żewġ minuti biss wara, Diego Venancio kellu jħalli l-ground minħabba injury biex daħal fil-post tiegħu, Ryan Scicluna b’din tkun il-200 logħba tiegħu fil-Premier.

Mal-ħin Balzan bdew jiddominaw b’Birkirkara jnaq­qsu mir-ritmu u fid-39 mi­nuta meritatament kisbu d-draw b’xutt angolat ta’  MILOS MIJIC li ma ta l-ebda ċans lil Fernandes isalva.

Madankollu eżatt qabel tmiem l-ewwel taqsima, Birkirkara reġgħu marru fil-vantaġġ  meta Paul Mbong xeħet cross għan-nofs, b’JEFERSON MACEDO jkun pront u minn taħt il-lasti tefa’ l-ballun fir-rokna tax-xibka.

Kuntrarju għal qabel il-mistrieħ, it-tieni taqsima  kienet nieqsa mill-emoz­zjo­nijiet, karatterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground.

Dan sas-77 minuta meta Luke Montebello indirizza cross-shot għan-nofs iżda ma kien hemm ħadd mill-players sħabu biex jagħmel kuntatt mal-ballun.

Fis-87 minuta, Balzan fallew ċans tad-deheb meta Alves xeħet lejn Duric li wara li kkontrolla tajjeb, ra t-tentattiv tiegħu mill-viċin jintemm ftit barra.

BALZAN: 83-Vukasin Vranes, 3-Augustine Loof, 5-Samir Arab (21-Neil Frendo 86), 7-Milan Duric, 8-Paul Fenech, 10-Alex Da Paixao Alves, 15-Michael Johnson, 18-Uros Ljubomirac, 23-Milos Mijic (6-Marcus Grima 79), 77-Aleksa Andrejic (86-Bojan Kaljevic 70), 88-Sean Cipriott (22-Gary Camilleri 79)  – Coach: Mark Miller

BIRKIRKARA: 1-Daniel Fernandes, 2-Enzo Ruiz, 6-Yannick Yankam, 7-Luke Montebello, 10-Paul Mbong (27-Leandro Aguirre 63), 11-Kurt Zammit, 20-Federico Falcone, 22-Cain Attard, 25-Oscar Carniello, 70-Jeferson Macedo (30-Kilian Bevis 83), 77-Diego Venancio (21-Ryan Scicluna 25)   – Coach: André Paus

REFEREE: Philip Farrugia

ASS. REFEREES: Alan Ca­milleri, James Muscat

RABA’ UFF: Daniel Casha

SKORERS: F. Falcone 2, J.Macedo 45 (Bk), M. Mijic 39 (Bz)

AMMONITI: E. Ruiz, R. Scicluna (Bk), S. Cipriott, A. Da Paixao Alves, S. Arab, M. Duric (Bz)

     PLAYER TAL-LOGĦBA: Milos Mijic (Balzan)

Ekonomija

Sport