Birkirkara FC ħabbru l-akkwist ta’ Joao Pedro Iseppe.
Il-midfielder Brażiljan jingħaqad mal-Istripes qabel l-istaġun 2026/27 wara li kiseb esperjenza fil-futbol Malti ma’ Naxxar Lions.
L-Istripes, li kkonfermaw lil Paul Zammit bħala kowċ, kienu ħabbru aktar kmieni l-akkwisti ta’ Rashed Al Tumi, Zach Muscat, Yago, Jefferson Vinicius, Rafa Santos, Aleandro Garzia u Jake Vassallo u kkonfermaw li Shaun Dimech, Leandro Lacunza, Alessandro Coppola, Manuel Morello, Fran Lopez, Luis Cordova, Roni Santos, Geoffrey Acheampong, Donovan Makoma, Sebastian Viveros, Jacques Bayo u Jere Vrcic kienu ħallew il-klabb jew ġew rilaxxati.
Shelom Magri u Nathan Cross ġew mislufa lil klabbs oħra.




