Saturday, December 28, 2024

Kampjonat Premier: Birkirkara jikkonvinċu u jegħlbu lil Sirens

Aqra wkoll

Sirens ………..1

Birkirkara ….2

F’partita pjaċevoli Birkirkara għelbu lil Sirens bl-iskor ta’ 2-1 biex dawn tal-aħħar baqgħu jaqsmu l-aħħar post flimkien ma’ Gudja Uni­ted, peró huma kienu sfida denja għall-Karkariżi.

Proprju fl-ewwel periklu li ħolqu fid-disa’ minuta, Birkirkara fetħu l-iskor meta Kurt Zammit għadda pass preċiż lejn MAXUELL MAIA li minn pożizzjoni angolata spara l-ballun fix-xibka.

Huma komplew fuq l-of­fenisva u fit-23 minuta Andrei Ciolacu indirizza cross lejn Maxuall Maia li mill-viċin id-daqqa ta’ ras tiegħu ntemmet ftit barra.

Bl-inizjattiva għand il- Karkariżi, għaxar minuti wara, Andrei Ciolacu xeħet cross fil-baxx għan-nofs fejn Alex Satariano ħalla l-ballun għal Maxuell Maia li kellu t-tentattiv tiegħu jiġi salvat mill-goalkeeper, Andrea Cassar.

Fit-36 minuta, Sirens wieġbu għall-ewwel darba meta Degran Jackson indirizza cross lejn Tiago Bettim Almeida li kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu tiġi salvata mingħajr diffikultá mill-goalkeeper, Mar­cel Zapytowsky.

Iżda fl-40 minuta, kienu l-Istripes li resqu viċin li jirdoppjaw meta Maxuell Maia minn pożizzjoni ideali ra lil Cassar isalva bi bravura, bl-istess attakkant Brażiljan żgur li seta’ jagħmel aħjar.

Ħames minuti wara free­kick ta’ Alex Satariano ġie ppanċjat f’sigurtá għal darb’ oħra mill-goalkeeper Cassar.

Fit-62 minuta meritatament Birkirkara rduppjaw meta Andrei Ciolacu xeħet cross li sab lil MAXUELL MAIA li mill-viċin u b’akrobazija rreġistra doppjetta personali.

Iżda żewġ minuti biss wara,  Sirens naqsu l-marġni tal-iskor meta MOHAMMED AKADOM HAFIZ approfitta minn nuqqas ta’ ftehim bejn Paul Mbong u Zapytowski u spara l-ballun ġewwa.

Fis-76 minuta, Birkirkara tilfu ċans tad-deheb li jiskorjaw it-tielet goal meta freekick insidjuż ta’ Andrei Cio­lacu stampa mal-mimduda qabel intemm barra.

Birkirkara għamlu l-impossibli fis-86 minuta meta Paul Mbong xeħet cross lejn Andrei Ciolacu li minn taħt il-lasta, ma kkontrollax il-ballun u tefa’ inkredibbilment barra.

sirens: 1- Andrea Cassar, 3-Tiago Bettim Almeida (6-Hasan Gomda 90), 5-Prosper Owusu, 8-Nicholas Pulis, 18-Mohammed Akadom, 22-Alex Cini, 23-Bismark Asare (10-Frank Boateng 60), 26-Sacha Borg, 29-Kwasi Donsu, 31-Degran Jackson (9-Nixon 82), 96-Daniel Agius (17-Charles Agyemang 60)  – Coach: Steve D’Amato

birkirkara: Marcel Zapytowski, 5-Enrico Pepe, 10-Paul Mbong, 11-Kurt Zammit, 20-Alex Satariano, 25-Neil Micallef, 42-Simon Zibo, 70-Omar Elouni (15-Kaiden Fenech 92), 77-Ali Diakite, 91-Maxuell Maia (7-Adailton Queiroz 67), 99-Andrei Ciolacu (27-Alessandro Coppola 92)   – Coach: Brian Chetcuti

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Alan Camilleri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Ishmael Barbara

SKORERS: M. Maia 9, 62 (B), M. Akadom Hafiz 64 (S)

AMMONITI: P. Owusu (S), P. Mbong, S. Zibo (B)

Ekonomija

Sport