Friday, November 15, 2024

Birkirkara jsiru l-ewwel team Malti tan-nisa li jiksbu rebħa fiċ-Champions League

Aqra wkoll

It-team tan-nisa ta’ Birkirkara sar l-ewwel team Malti li rreġistra rebħa fil-UEFA Champions League biex kiteb paġna b’ittri tad-deheb fl-istorja tal-club.

Huma ħadu sehem f’mini-tournament kwadrangurali tar-round ta’ kwalifikazzjoni li sar fir-Rumanija li kien jinkludi wkoll lil Sarejevo u lit-team ospitu, Olimpia Cluj, li għelbu lil Birkirkara (4-0) u lil Glentoran (4-2) rispettivament.

Iż-żewġ rebbieħa se jikkontestaw il-finali ta’ dan il-Grupp (7) aktar tard il-Ħadd ….  filwaqt li Birkirkara u Glentoran lagħbu għat-tielet post.

Kienu l-Irlandiżi li daħu jistrieħu fil-vantaġġ ta’ goal skorjat minn Kelly Baillie (13). Iżda l-Karkariżi wrew karattru biex dawru telfa f’rebħa bl-iskor ta’ 2-1 bl-iskorers ikunu Raina Giusti (47) u Charlene Zammit (58).

Ekonomija

Sport