Wednesday, April 24, 2024

Se jiġu deportati grupp ta’ immigranti li nstabu jgħixu illegalment f’Għawdex

Aqra wkoll

Aktar kmieni dalgħodu, Pulizija mill-Iskwadra tal-Immigrazzjoni, wettqu numru ta’ spezzjonijiet ġewwa Għawdex.

Waqt dawn l-spezzjonijiet ġew mitkellma diversi nies ta’ nazzjonalitijiet different u komplew f’numru ta’ proprjetajiet fis-Sannat u Marsalforn.

Matul dawn it-tfittxijiet il-Pulizija arrestat 24 persuna, wara li nstab li, fost oħrajn, kienu qed jgħixu Malta b’mod illegali.

Dawn ittieħdu fil-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija fil-Floriana fejn inbeda l-proċess sabiex dawn il-persuni ma jibqgħux fil-pajjiż. Il-Pulizija kienet assistita minn uffiċjali mis-Servizz ta’ Detenzjoni.

Aktar investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Sport