Monday, May 13, 2024

ARA: Żewġt aħwa fost ir-rebbieħa fil-Ġostra ta’ San Ġiljan

Il-Ġostra ta’ San Ġiljan tirritorna wara nuqqas minħabba l-pandemija

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

Grupp ta’ Ġiljaniżi s-Sibt filgħaxija pparteċipaw fil-Ġostra ta’ San Ġiljan fejn fost affarijiet oħra spikka l-eċitament tagħhom li setgħu jkomplu bit-tradizzjoni wara nuqqas minħabba l-pandemija.

Jissammru l-bnadar u jindilek l-arblu bix-xaħmijiet

Dan is-sit tkellem ma’ uħud mill-parteċipanti li qalulna li din hija xi ħaġa li tirrikjedi ċertu dedikazzjoni u li tista’ tgħid dawk li jieħdu sehem jibqgħu jipparteċipaw b’ċertu dedikazzjoni. 

Darren Bartoli jikseb it-tielet post

L-esperjenza tagħhom tvarja minn dak li pparteċipa għall-ewwel darba u dak li ilu jitla għal aktar minn 20 sena. 

Carden Mizzi jikseb it-tieni post

F’din l-edizzjoni, il-parteċipanti qablu li kull parteċipant jista’ jiġbor bandiera waħda biss u għalhekk spikkat l-isfida sportiva għall-bandiera ta’ San Ġiljan li rnexxielu jiġbor Ivan Bartoli. Il-bandiera ta’ Malta li magħha huwa abbinat it-tieni post inġabret minn Carden Mizzi filwaqt li Darren Bartoli rnexxielu jiġbor il-bandiera tal-Papa abbinata mat-tielet post.

Interessanti l-fatt li s-Sibt li ġej il-Ġiljaniżi jordanizzaw ġostra oħra għat-tfal (Bi bnadar f’distanzi iqsar) u ġostra oħra tal-adulti l-għada il-Ħadd.

Il-parteċipanti f’ritratt kommemorattiv qabel il-ġostra

Sport