Sunday, November 24, 2024

Birkirkara jżommu t-tamiet tagħhom għar-raba’ post

Aqra wkoll

Birkirkara ………..2

Gudja United …..0

B’goal f’kull taqsima, Birkirkara għelbu lit-team diġá relegat, Gudja United,  bl-iskor ta’ 2-0 biex żammew it-tamiet tagħhom ħajjin li jispiċċaw fir-raba’ post.

Dan il-konfront irrapre­żenta wkoll konfront bejn żewġ aħwa – Andrea Zammit għal Birkirkara li daħal jilgħab fis-67 minuta u Gianluca Zammit għal Gudja United li lagħab 83 minuta.

Wara biss minuta, il- Karkariżi kienu sfortunati li ma fetħux l-iskor meta minn taħt il-lasti, ix-xutt ta’ Andrei Ciolacu ħabat mal-mimduda.

Ir-reazzjoni ta’ Gudja waslet wara kwarta logħob meta l-free-kick ta’ Matias Muchardi ġie salvat mill-goalkeeper, Marcel Za­pytowsky, megħjun mill- wieqfa.

B’mod gradwali, Birkirkara bdew jirbħu l-inizjattiva u, fl-34 minuta, Paul Mbong ra t-tentattiv tiegħu salva bi bravura mill-goalkeeper, James Pisani.

Azzjoni wara l-oħra l-isforzi tal-Istripes ġew finalment ippremjati meta, fit-42 minuta, id-daqqa ta’ ras ta’ Alex Satariano ħabtet mal-mimduda u mir-rebound, player ta’ Gudja ddevja l-ballun b’idu, bir- referee Daniel Portelli jkun pront u jordna penalty.

Mill-11-il metru ANDREI CIOLACU ma żbaljax meta b’xutt b’saħħtu tefa’ lill-goalkeeper avversarju fuq in-naħa l-ħażina.

Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, filwaqt li l-coach José Borg saħħaħ l-attakk tiegħu hekk kif daħħal lis-sostutut Maxuell Maia minflok Kurt Zammit.

Fil-50 minuta, Paul Mbong, kellu xutt minn barra l-kaxxa li għadda ftit barra, b’Pisani megħlub għal kollox.

Iżda, fl-64 minuta, huma rduppjaw meta l-awtur tal-ewwel goal, Andrei Cio­lacu niżżel il-ballun lejn MAXUELL MAIA li minn pożizzjoni ideali venven xutt li ma ħafirx.

Il-partita kompliet ikkaraterizzata minn ħafna logħob f’nofs il-ground, bl-Istripes ikomplu jamministraw il- vantaġġ doppju li kellhom sa tmiem il-partita.

Birkirkara: 1-Marcel Zapytowski, 5-Enrico Pepe, 8-Paul Mbong (23-Nicholas James Agius 87), 11-Kurt Zammit (91-Maxuell Maia 46), 20-Alex Satariano (10-Andrea Zammit 67), 24-Enmy Manuel Pena Beltre, 25-Neil Micallef (15-Kaiden Fenech 72), 27-Alessandro Coppola, 36-Edward Sarpong, 42-Simon Zibo, 99-Andrei Ciolacu (70-Omar Elouni 67)   – Coach: José Borg

gudja U.: 26-James Pisani, 7-Shaisen Attard, 11-Matias Muchardi, 17-Josimar Aldair Quintero, 19-Mathias Conti, 21-Luca Gatt, 28-Rodrigue Nanitelamio, 39-Zak Grech (8-Ernesto Gentile 87) (4-Jamie Cutajar 87), 77-Aidan Jake Friggieri (2-Godwin Ime Joseph 71), 88-Mirko Esposito, 99-Gianluca Zammit (10-Gianluca Lorenzoni 83)   – Coach: Renzo Kerr-Cumbo

REFEREE: Daniel Portelli

ASS. REFEREES: Jurgen Spiteri, Mark Ciantar

RABA’ UFF: Andrea Sciriha

SKORERS: A. Ciolacu 43  pen., M. Maia 64 (B)

AMMONITI: M. Conti (GU), N. Micallef (B)

Sport