Monday, April 29, 2024

NGR Plus champions tat-tieni diviżjoni tan-netball

Aqra wkoll

Il-Ħadd ġie fi tmiemu l-kampjonat tat-tieni diviżjoni tan-netball, organizzat mill-Malta Netball Association, fejn it-tim NRG Plus ġew inkurunati rebbieħa ta’ din id-diviżjoni wara rebħa missielta fuq it-tim ta’ All Ages Too 38-29.

B’din ir-rebħa fl-aħħar ġurnata, NRG Plus ikklassifikaw fl-ewwel post bi 43 punt. Il-klassifika finali rat lit-tim ta’ Depiro Netball jtemmu l-impenji tagħhom fit-tieni post hekk kif irnexxielhom jakkumulaw total ta’ 38 punt.

Il-kampjonat jerġa’ jibda wara l-waqfa tas-Sajf f’Ottubru.

Sport