Friday, May 3, 2024

Birkirkara miżmuma fi draw minn Gudja United

Aqra wkoll

Gudja U…1

Birkirkara…1

Gudja U.: 1-Glenn Zammit, 3-Juan Ramires Bolanos, 5-André Prates, 9-Vito Plut, 13-James Arthur, 14-Neil Micallef, 17-Karl Micallef, 19-Johann Bezzina, 23-Neil Tabone (88-Farid Romeru Zuniga 84), 39-Samuel Gomes Da Mata (11-Ahinga Bienvebu Selemani 70), 77-Nicolas Navarrete Coach: Andrea Agostinelli

Birkirkara: 1-Giacomo Nava, 5-Enrico Pepe, 7-Alex Da Paico Alves (23-Jean Paul Farrugia 69), 8-Yannick Yankam, 10-Paul Mbong (25-Neil Micallef 75), 11-Kurt Zammit, 21-Ryan Scicluna (77-Denis Custodio Ribeiro 75), 22-Cain Attard, 30-Enzo Daniel Cabraera, 72-Alessandro Coppola. 92-Kevin Tulimieri (20-Federico Falcone 53) Coach: Giovanni Tedesco

Referee: Slobodan Petrovic

Ass. Referees: Duncan Sultana, James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Emmanuel Grech

Skorers: K. Micallef 1 (G), Y. Yankam 80 (B)

Ammoniti: A. Prates (G), K. Tukimieri, P. Mbong, R. Scicluna, A. Coppola, N. Micallef (B)

Player tal-Logħba: Karl Micallef (G)

Wara ħames rebħiet konskekuttivi, Birkirkara sfaw miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Gudja United.

Il-Gudjani għamlu l-intenzjoniiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u wara biss 50 sekonda fetħu l-iskor meta minn corner mogħt minn Neil Tabone, inqalgħet taħwida fil-kaxxxa u d-difiża ta’ Birkirkara naqset milli tikklerja l-ballun, b’Vito Plut ikollu x-xutt mill-viċin li ħabat mal-wieqfa, Yannick Yankam jimblokka l-ballun minn fuq il-linja fatali, bil-ballun finalment jintemm għand id-difensur KARL MICALLEF li minn taħt il-lasta tefa’ l-ballun fix-xibka, biex b’hekk skorja l-ewwel gowl tiegħu bil-flokk ta’ Gudja.

Birkirkara wieġbu fl-14-il minuta meta ż-żagħżugħ Paul Mbong ittanta xortih permezz ta’ xutt mill-viċiin li iżda ntemm għoli.   

Huma komplew fuq l-offensiva u fil-25 minuta, xutt minn distanza ta’ madwar 20 metru ta’ Ryan Scicluna għadda barra.

Fil-55 minuta, Paul Mbong għal Birkirkara avvanza tajjeb fil-kaxxa u kellu x-xutt tajjeb tiegħu jiġi salvat tajjeb mill-goalkeeper u captain ta’ Gudja United, Glenn Zammit.

Fit-73 minuta, Nicolas Navarrete għal Gudja kellu xutt insidjuż li ġiw salvat tajjeb minn Giacomo Nava.

Birkirkara wieġbu tliet minuti wara meta Enzo Daniel Cabrera kellu xutt sabiħ li ġie salvat minn Glenn Zammit.

Huma komplew jiddettaw il-logħob u meritatament ġabu l-iskor indaqs fit-80 minuta minn daqqa ta’ ras mill-viċin ta’ YANNICK YANKAM li ma tat l-ebda ċans lil Glenn Zammit.

Gudja wieġbu żewġ minuti biss wara iżda kienu sfortunati li ma rnexxielhomx jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta Neil Tabone kellu xutt b’saħħtu mill-viċin li stampa mal-wieqfa.

Sport