Gudja United …….1
Birkirkara …………1
Birkirkara sfaw miżmuma fi draw diżappuntanti ta’ 1-1 minn Gudja United li għadhom qed ifittxu l-ewwel rebħa.
Kienu Birkirkara li ħarġu fuq l-offensiva u fl-ewwel minuta Yannick Yankam venven xutt b’saħħtu minn barra l-kaxxa li ġie mblukkat mill-goalkeeper Yaren Sozer.
L-Istripes kienu l-aħjar team u fis-17-il minuta, xutt ta’ Andrei Ciolacu minn barra l-kaxxa ġie mdawwar f’corner minn Armando Melo.
Gudja wieġbu għall-ewwel darba fit-22 minuta meta Toure avvanza fil-kaxxa iżda kellu t-tentattiv tiegħu salvat bla diffikultá mill-goalkeeper Marcel Zapytowski.
Ħames minuti wara huma resqu viċin li jiftħu l-iskor meta Matias Muchardi kellu xutt li għadda jħakkek mal-wieqfa.
Iżda fit-42 minuta, fetħu l-iskor meta SANTIAGO ANGULO żmarkat waħdu tefa’ l-ballun wara Zapytowski.
Tliet minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara resqu viċin minn Ciolacu, li iżda, ġie antiċipat mill-goalkeeper Gudjan.
Fl-74 minuta Maraini kellu xutt mid-distanza li ġie salvat bla diffikultá minn Sozer. Żewġ minuti wara Birkirkara pprotestaw għall-penalty meta Karl Micallef deher iwaqqa’ lil Maxuell Maia fil-kaxxa iżda r-referee Malcolm Spiteri ħalla l-logħob għaddej.
Peró, fii-79 minuta, ingħataw penalty li minn ANDREI CIOLACU ma falliex.
Fid-90 minuta, Birkirkra spiċċaw jilagħbu b’10 players meta tkeċċa James Agius permezz ta’ karta ħamra diretta wara foul ikrah li kkommetta f’nofs il-ground, fejn rimarkabbli huwa l-fatt li dan il-player kien ilu inqas minn minuta fil-ground.
GUDJA U.: 1-Yaren Sozer, 5-Brenner Armando Melo, 9-Santiago Angulo (7-Gianluca Lorenzoni 70), 10-Shaisen Attard (28-Mateo Cassini 70), 11-Matias Muchardi (8-Sean Cipriott 57’), 17-Gabriel Mensah, 22-Eusebio Mendes, 30-Karl Micallef, 39-Zak Grech (N. Tabone 81’), 77-Abou Toure, 88-Mirko Esposito – Coach: Jesmond Zammit
BIRKIRKARA: 1-Marcel Zapytowski, 3-Daniele Mariani, 5-Enrico Pepe, 7-Adailton Queiroz (23-Joseph Nicholas Agius 89), 8-Yannick Yankam, 11-Kurt Zammit, 22-Matteo Gambin (10-Paul Mbong 59), 24-Enmy Manuel Pena Beltre (91-Maxuell Maia 59), 25-Neil Micallef, 77-Ali Diakite, 99-Andrei Ciolacu – Coach: Brian Chetcuti
REFEREE: Malcolm Spiteri
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Robert Curtis
RABA’ UFF: Joseph Scerri
SKORERS: S. Angulo 42 (G), A. Ciolacu 79 pen (B)
AMMONITI: N. Micallef, Y. Yankam (B), B. Armando Melo, S. Angulo, E. Mendes, I. Sozer (G)
TKEĊĊA: J. N. Agius 90 (B)