Minn Cristian Muscat
Birkirkara …….1
Sirens ………….1
F’partita pjaċevoli u movimentata, Birkirkara ġew miżmuma fi draw ta’ 1-1 minn Sirens biex b’hekk ħadu skoss qawwi fit-tentattiv li jkomplu jisfidaw għar-rebħ tat-titlu meta d-distakk fil-konfront tal-leaders Hibernains issa żdied għal disa’ punti.
Min-naħa ta’ Sirens, dan il-punt jiswa mitqlu deheb fl-isfida tagħhom biex jispiċċaw mal-ewwel sitta.
Kien biss fit-22 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta’ nota li waslet min-naħa ta’ Birkirkara meta Ryan Scicluna kellu xutt mid-distanza li ġie salvat tajjeb mill-goalkeeper Jonathan Debono.
Huma komplew jippressaw biex jiftħu l-iskor u rnexxielhom isibu x-xibka tliet minuti biss wara meta Leandro Aguirre xeħet cross għan-nofs mix-xellug, bil-player ta’ Sirens Carlo Zammit Lonardelli jwettaq indeċiżjoni fid-difiża hekk kif bħal donnu qassam il-ballun lil KILIAN BEVIS li minn taħt il-lasti tefa’ ġewwa.
Iżda huma ma tantx damu jifirħu bil-vantaġġ minħabba li fid-29 minuta it-team minn San Pawl il-Baħar kiseb id-draw meta Bogdan Gavrila għadda tajjeb lejn FRANCIS WILLIAM AVOCE li kellu x-xutt bid-dawra tiegħu li ma ta l-ebda ċans lill-goal Amara Sylla jsalva.
Ħames minuti mill-ftuħ tat-tieni taqsima, Birkirkara kellhom ċans tad-deheb li jirduppjaw li jmorru fil-vantaġġ meta minn free-kick insidjuż ta’ Diego Venancio ġie salvat bi bravura minn Jonathan Debono.
Huma komplew jattakkaw u wara li rċieva minn cross mil-lemin, Enzo Ruiz kellu d-daqqa ta’ ras tiegħu mill-viċin tiġi salvata minn Jonathan Debono biex salva goal ċert.
L-Istripes komplew jinsistu u fis-67 minuta xutt ta’ Diego Venancio għadda ftit barra.
Fis-76 minuta huma ħolqu ċans ieħor li jiskorjaw il-goal tar-rebħa meta s-sostitut Cain Attard xeħet cross għan-nofs iżda Jefferson Macedo, li kien żmarkat, inkreddibilment ma rnexxielux jolqot il-ballun.
BIRKIRKARA: 12-Amara Sylla, 2-Enzo Ruiz, 7-Luke Montebello, 8-Claudio Bonanni, 11-Kurt Zammit, 20-Federico Falcone (70-Jefferson Macedo 46), 21-Ryan Scicluna (22-Cain Attard 73), 25-Oscar Carniello, 27-Leandro Aguirre, 30-Kilian Bevis (10-Paul Mbong 73), 77-Diego Venancio – Coach: Andre Paus
SIRENS: 1-Jonathan Debono, 9-Marios Lornis (19-Andrej Nakov 91), 10-Bogdan Gavrila (11-Alfred Effiong 86), 14-Diego Albanese, 15-Adrian Borg, 16-Timmy Tabone Desira (7-Conor Borg 81), 17-Jacob Walker, 21-Carlo Zammit Lonardelli, 22-Alex Cini, 23-Francis William Avoce, 88-Renato Neto Cardoso Porto – Coach: Winston Muscat
REFEREE: Stefan Pace
ASS. REFEREES: Duncan Sultana, Vasil Vasilev
RABA’ UFF: Philip Farrugia
SKORERS: K. Bevis 25 (B), F. W. Avoce 29 (S)
AMMONITI: D. Albanese, A. Borg, R. N. Cardoso Porto, C. Borg (S), K. Zammit (B)