Tuesday, May 14, 2024

Ir-rwol taż-żgħażagħ fit-tfassil ta’ Malta tal-lum u ta’ għada

Aqra wkoll


Iż-żgħażagħ huma wieħed mill-aktar elementi importanti fis-soċjetà tagħna. Tassew, iż-żgħażagħ għandhom l-enerġija, id-determinazzjoni u l-ideat li jistgħu jmexxu dan il-pajjiż ‘il quddiem. Għaldaqstant huwa kruċjali li nagħtu liż-żgħażagħ spazju ewlieni biex ikunu kontributuri ewlenin fit-tfassil tal-futur ta’ pajjiżna.

Qatt daqs illum ma jinħass il-bżonn li ninvestu fiż-żgħażagħ. Dan fil-kuntest ta’ gvern li qed iħares lil hinn mill-pandemija Covid-19. Dan fil-kuntest tal-viżjoni ekonomika tal-gvern għall-għaxar snin li ġejjin. 

Għaldaqstant, ma nistgħu qatt naċċettaw realtà fejn tfal li jagħmlu 13-il sena fl-edukazzjoni obbligatorja joħorġu mis-sistema mingħajr il-ħiliet neċessarji fid-dinja moderna. 

Il-gvern għandu r-responsabiltà li jagħmel il-vjaġġ edukattiv ta’ kull student waħda unika biex jistaw jikbru, jimirħu u jfasslu l-Malta ta’ għada. Is-sistema edukattiva ghandha tkun ukoll opportunità ghalina biex ingawdu mill-ideat, l-innovazzjoni, il-kreattività u l-enerġija li għandhom iż-żgħażagħ.

Il-Gvern għandu obbligu li joffri liż-żgħażagħ l-għodda kollha neċessarji biex jilħqu l-milja tagħhom. Għaldaqstant, huwa importanti wkoll li ntuhom l-għodda kollha neċessarji biex ikunu jistgħu jimplimentaw l-ideat taghhom. 

L-iżvilupp diġitali, ambjentali, infrastrutturali u edukatltiv huma essenzjali. L-inizjattivi meħuda fil-Budget 2022 kif ukoll l-istrateġiji mħejjija mill-gvern tul dawn l-aħħar xhur u snin se jgħinu biex dan jintlaħaq. 

Importanti li dan ma jiġix ikkunsidrat bħala t-tmiem ta’ proċess imma bħala l-bidu ta’ viżjoni fejn iż-żgħażagħ se jikkontribwixxu għal soċjetà b’saħħitha, għal pajjiż b’viżjoni u għal Malta aħjar. 

Sport