Tuesday, May 14, 2024

Birkirkara St Joseph Sports Club se jorganizza l-Kampjonati Nazzjonali Sprint Triathlon fis-Salina nhar il-Ħadd 11 ta’ Ġunju.

Aqra wkoll

It-tellieqa ser tkun it-tielet triathlon ospitata mill-Klabb din is-sena, l-aktar reċenti kienet it-tieni tiġrija tal-BSJ Go&Fun Triathlon Series li kienet tikkonsisti fi Olympic Distance Triathlon fis-Salina f’Mejju.

Din it-tellieqa rat lill-atleti jikkompetu f’għawma ta’ 1500m f’kundizzjonijiet tal-baħar, 40km rota u ġirja ta’ 10km tul it-triq tal-kosta tas-Salina.

Filwaqt li l-favoriti tat-tellieqa, it-triatleti tal-klabb tal-BSJ Keith Galea u Krista Kuusijarvi rebħu dakinhar, kien hemm xi sorpriżi matul it-triq, l-ewwel waħda kienet fl-għawma, meta Nicholas Sammut (Agones SFC) li kien l-ewwel barra mill-ilma b’distakk konsidervoli fuq l-atleta favorit, Keith Galea. Fuq il-korsa tar-rota, Galea mexa fuq quddiem iżda saru tentattivi biex jgħelbuħ partikolrament waqt il-ġirja, meta Roberto Briffa li rreġistra l-aktar ħin maġgħel  tal-ġurnata, ħareġ mit-transizzjoni wara Galea. B’Galea issa fuq quddiem b’distakk komdu, it-tellieqa kienet għaddejja għall-bqija tal-postijiet tal-podju li eventualment ittieħdu minn Josef Azzopardi (TriGozo) u Steve Ritchie (Bkara SJ), li kienu impenjati f’battalja għal ħin twil tat-tellieqa. Ma kien hemm l-ebda sorprizi għat-tiġrija tan-nisa b’Kuusijarvi fuq quddiem nett qabel Clara Attard Formosa (St. Patrick’s) u Denise Cortis (Agones SFC) li kisbu t-tieni u tielet post rispettivament.

Il-Kampjonati Nazzjonali tal-Ħadd se jsiru taħt l-awspiċji tal-Federazzjoni Maltija tat-Triathlon. L-atleti kollha reġistrati mill-Federazzjoni jkunu eliġibbli biex jikkompetu għat-trofej ġenerali u tal-gruppi ta’ età. Madankollu l-Club se jaċċetta triatleti mhux irreġistrati fil-Federazzjoni li jixtiequ jieħdu sehem fl-Isprint Distance (750m għawma, 20km rota u 5km) dakinhar.

Ir-reġistrazzjonijiet se jintlaqgħu sal-Ħamis 8 ta’ Ġunju u jistgħu jsiru online https://bsj.mt/event/2023-bsj-sprint-triathlon-race-2/

Il-Kampjonati Nazzjonali Go&Fun BSJ Sprint Triathlon huma sponsorjati minn Go&Fun Green Energy Drink, u b’kollaborazzjoni ma’ Corsa.

Sport