Saturday, September 7, 2024

Birmingham City jkeċċu lil Wayne Rooney

Aqra wkoll

Il-club taċ-Championship, Birmingham, keċċa lill-manager, Wayne Rooney, wara 15-il partita fit-tmexxija tat-team. 

L-eks player ta’ Manchester United, li għandu 38 sena, kien inħatar fil-kariga biex jieħu post John Eustace meta dak inhar kienu fis-sitt post.

Iżda issa jinsabu fl-20 pożizzjoni u t-telfa ta’ 3-0 kontra Leeds United ġiegħlet lid-diriġenti biex iwaqqfu l-kuntratt ta’ Rooney b’mod ħesrem. 

Ekonomija

Sport