Thursday, July 25, 2024

Rapporti li l-allegat qattiel ta ruħu b’idejh ftit wara s-sejba ta’ Borg bla ħajja

Aqra wkoll

Noel Azzopardi ta’ 39 sena mir-Rabat huwa s-suspettat qattiel ta’ Eric Borg – ir-raġel ta’ 27 sena mill-istess lokalità li lbieraħ safa maqtul fi Triq Il-Fidloqqom fir-Rabat.

Skont ma qiegħed ikun irrappurtat fil-ġurnal The Times of Malta jidher li kien l-istess Azzopardi li ta ruħu b’idejh lill-Pulizija wara li mar fl-għassa tar-Rabat fejn ammetta li kien hu li qatel lil Borg u l-ammissjoni tiegħu ġiet irrekordjata fuq bodycams tal-Pulizija li kienu preżenti.

Azzopardi kien arrestat biss ftit sigħat wara l-qtil li seħħ għall-ħabta tat-3:15 p.m u dan ifisser li huwa jrid jitressaq il-Qorti sa għada wara nofsinhar minħabba li ma jistax jaqbeż it-48 siegħa fil-kustodja mingħajr ma jitressaq.

Minkejja li għad m’hemm l-ebda konferma jidher li l-argument bejn il-vittma u s-suspettat huwa relatat ma’ xi trejqa f’għalqa u mhux eskluż li tal-aħħar kellu każijiet oħra relatati mal-armi.

L-Avukati Arthur Azzopardi, Jacob Magri u Alex Miruzzi qegħdin jidhru għal Azzopardi filwaqt li l-Maġistrat Charmaine Galea qiegħda tmexxi l-inkjesta dwar dan il-qtil.

Ekonomija

Sport