Wednesday, July 24, 2024

Ħames persuni jmutu f’ħabta bejn żewġ ajruplani f’ajruport f’Tokyo

Aqra wkoll

Ajruplan tal-linja tal-ajru Japan Airlines spiċċa f’ballun tan-nar fl-ajruport ta’ Haneda fil-kapitali Ġappuniża Tokyo wara li ħabat ma’ ajruplan tal-gwardja tal-kosta Ġappuniża.

F’dan l-inċident ġew salvati 379 persuna li kienu abbord l- ajruplan ta’ Japan Airlines, iżda sfortunatament mietu ħamsa mis-sitt membri tal-ekwipaġġ tal-ajruplan tal-gwardja tal-kosta, bis-sitt wieħed isofri ġrieħi serji. 14-il persuna mill-ewwel ajruplan ngħataw il-kura minħabba ġrieħi ħfief li sofrew. L-ajruplan tal-gwardja tal-kosta kien qiegħed iġorr xi servizzi ta’ emerġenza wara t-terremot tal-bieraħ fil-Ġappun.

Dan ġie kkonfermat mil-li­nja nazzjonali Ġappu­niża, li kkonfermat ukoll li l-passiġġieri flimkien mal-ek­wipaġġ li kienu abbord ġew evakwati kollha.

L-ajruplan telaq minn Sapparo fuq il-gżira ta’ Hok­kaido, fit-Tramuntana tal-Ġappun, u kellu jinżel fl-aj­ruport ta’ Haneda ftit qabel is-6:00 p.m tal-ħin lokali.

Dan kien it-tieni avveniment gravi li seħħ fi spazju ta’ ftit jiem wara li l-Ġappun intlaqat minn terremot qaw­wi nhar l-ewwel tas-sena 2024 li ħalla madwar 48 persuna mejta.

Ekonomija

Sport