Minn Cristian Muscat
Otters………………..6
Birżebbuġa………..16
(1-5, 0-4, 2-3, 3-4)
Birżebbuġa ftit li xejn tħabtu biex għelbu l-isfida tal-Għawdxin ta’ Otters bl-iskor kbir ta’ 16-6.
Għalihom spikkaw Giuseppe Mannino u Gabriel Sammut li rreġsitraw hat-trick personali. Dan filwaqt li l-aqwa skorer għal Otters kien Zion Bartolo li wkoll skorja tliet goals.
Birżebbuġa għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-logħba u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor kbir ta’ 5-1, biex kienu diġá acċertaw ruħhom mir-rebħa.
L-iskorers kienu Neil Cassar (2), Giuseppe Mannino, Gabriel Sammut u Ben Grech. Min-naħa tiegħu, Zion Bartolo skorja l-goal waħdani għall-Għawdxin.
It-team minn nofsinhar ta’ Malta ttrijonfa wkoll fit-tieni sessjoni, din id-darba bil-punteġġ ta’ 4-0, bl-awturi tal-goals ikunu Julian Farrugia, Giuseppe Mannino (2) u Simeon Bezzina.
Birżebbuġa rebħu wkoll it-tielet sessjoni bl-iskor ta’ 3-2, fejn għalihom irnexxielhom iniżżlu isimhom fil-lista tal-iskorers Ryan Mock, Keith Tanti u Gabriel Sammut. Dan sabiex Matthias Bonnici u Luke Grech Carr wieġbu għal Otters.
It-team immexxi mill-coach Pierre Borg għamilhom erbgħa minn erbgħa meta rebaħ ukoll ir-raba’ sessjoni bl-iskor strett ta’ 4-3, bl-iskorers għalihom ikunu Gabriel Sammut minn penalty, Ben Grech u Miguel Curmi (2). Zion Bartolo (2) u Matthias Bonnici minn penalty irrispondew għal Otters.
Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Matthias Bonnici (2), 3-Karl Scicluna, 4-Luke Grech Carr (1), 5-Matthew Farrugia, 6-David Dimech, 7-Isaac Azzopardi, 8-Steve Dimech, 9-Luigi Dimech, 10-Simon Apap, 11-Zion Bartolo (3), 12-Andrew Dimech, 13-Giovanni Gatt Ellis – Coach: Robert Munkacsy
Birżebbuġa: 1-Miguel Vassallo, 2-Julian Farrugia (1), 3-Neil Cassar (2), 4-Ben Grech (2), 5-Christian Mifsud, 6-Ryan Mock (1), 8-David Cutajar, 10-Keith Tanti (1), 11-Giuseppe Mannino (3), 12-Miguel Curmi (2), 13-Matthew Sladden, 14- Gabriel Sammut (3), 15-Simeon Bezzina (1) – Coach: Pierre Borg
Referees: Alessandro Chimenti, Alex DeRaffaele