Wednesday, October 9, 2024

“Bit-talba ta’ €400 miljun, l-Oppożizzjoni qiegħda tassumi li Steward ma taw xejn lura”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Lanqas se nażżarda nirribatti lill-Kap tal-Oppożizzjoni dwar dak li għadu kif qal dwar liema hu l-ikbar frodi għax fiż-żgur li jirbħulna b’dak li għamlu fi żmienhom fuq dik. Il-Kap tal-Oppożizzjoni semma li mar biex jagħti l-appoġġ tiegħu lil Delia. Donnu nesa kemm għamel azzjonijiet li jafhom kulħadd fuq Adrian Delia u kemm żamm ruħu distakkat minn din il-kawża sakemm kien ċert jew kważi ċert fejn sejra s-sentenza tal-ewwel Qorti”, beda biex jirribatti l-Prim Ministru Robert Abela filwaqt li kompla biex jitkellem dwar il-passi kollha li ttieħdu biex pajjiżna wasal għal din is-sentenza b’rabta mal-konċessjoni tal-Isptarijiet. 

Abela fakkar li l-gvern ma baqax jistenna s-sentenza tal-Qorti u li fl-4 t’April li għadda ħa f’idejh il-konċessjoni tal-Isptarijiet mingħand Steward. Rigward il-mozzjoni mressqa mill-Kap tal-Oppożizzjoni fid-diskors tiegħu, Abela qal li mhux minnu li l-gvern ma ħa ebda azzjoni kontra Steward u li wara li fid-29 ta’ Marzu dawn ikkontestaw lill-gvern f’arbitraġġ internazzjonali u l-gvern fl-istess kuntest fittex lil Steward dwar dak li jħoss li huwa tal-poplu. Kwalunkwe ħlas għal servizz li ma tawx lura, jew jekk kien hemm xi nuqqasijiet tal-obbligi kuntrattwali tagħhom, skont l-azzjoni tal-gvern dawn kellhom iroddu lura dak li mhux tagħhom. 

Il-Prim Ministru rrefera għal żmien il-pandemija u fakkar li l-Isptar Ġenerali t’Għawdex kien qiegħed jieħu ħsieb il-pazjenti fil-gżira. Il-Prim Ministru qal li fl-ewwel xhur ta’ tmexxija tiegħu huwa qal li kien hemm indikazzjonijiet li Steward kienu qegħdin jagħmlu xogħol b’serjetà u qal li l-Qorti stess irrikonoxxiet dan fis-sentenza tagħha.

Il-Prim Ministru kompla biex jgħid li Steward bdiet turi li s-servizzi bdiet tagħmilhom b’ċertu serjetà iżda xi ħaġa li ma kienx hemm qbil dwarha kienet li huma bdew jilmentaw li ma setgħux jibqgħu jagħtu dak is-servizz bil-ħlasijiet li kienet tagħti l-konċessjoni. 

“Ir-risposta tiegħi kienet ċara. Tafu x’żarbun dħaltu fih. Mhux se jiżdidilkom ċenteżmu wieħed li hu wieħed. U Steward imbagħad naturalment qajmet l-oġġezzjoniijiet tagħha fuq it-tkomplija tal-konċessjoni”, kompla biex jelabora Dr Abela.

Il-Prim Ministru qal li l-gvern fl-interess nazzjonali, ra li t-teħid lura tal-Isptarijiet sar skont il-kundizzjonijiet tal-gvern u mhux kuntrarju. Dr Abela qal li verament kien Dr Delia li fetaħ il-kawża imma kien il-gvern li ta’ serħan il-moħħ fis-settur tas-saħħa li s-servizzi se jibgħu jingħataw u garanzija ta’ xogħol lil dawk impjegati ma’ Steward.

“L-Oppożizzjoni qiegħda turi kif minn materja tant sensittiva qiegħda tipprova toħloq spin politiku”, kompla biex jgħid il-Prim Ministru dwar l-€400 miljun li l-Oppożizzjoni qiegħda tgħid li l-istat Malti għandu jieħu lura mingħand Steward. Huwa qal li b’din it-talba, l-Oppożizzjoni qiegħda tagħmel assunzjoni li Steward ma tat xejn lura tagħhom f’servizzi. 

Sport