Wednesday, July 24, 2024

Ir-Rolex Middle Sea Race tipprovdi pass ‘il quddiem għall-Famous Project

Aqra wkoll

L-44 Rolex Middle Sea Race laqgħet ir-ritorn tal-ewwel jott hekk kif il-MOD70 Limosa, ta’ Alexia Barrier, waslet Malta  fis-1.10 pm nhar it-Tnejn wara nofsinhar. It-teħid tal-unuri tal-linja Multihull, għal Barrier, huwa kisba importanti għal-proġett tagħha li għandhom għajnejhom fuq il-premju akbar – tenttativ li jduru madwar id-dinja fuq jott misjuq minn nisa biss fl-2025. Ir-Rolex Middle Sea Race tal-2023 kienet meqjusa bħala skaluna importanti fuq is-sellum għal dak il-għan.

Il-ħin li għadda ta’ Limosa ta’ 50 siegħa, 10 minuti u 42 sekonda kien ferm ‘l bogħod mir- rekord ta’ 33 siegħa, 29 minuta, 28 sekonda stabbilit minn Argo fl-2021. Madankollu, il-biċċa l-kbira tal-korsa kienet bir-riħ. Fil-Port ta’ Marsamxett, Alexia Barrier kienet ferħana li temmet b’suċċess il-korsa ta’ 606nm mingħajr inċident. L-ekwipaġġ huwa wieħed multinazzjonali ta’ disa’ persuni inkluż il-ko-kaptan Dee Caffari (GBR), Elodie-Jane Mettraux (FRA), Marie Riou (FRA), Sara Hastreiter (USA), Jonny Malbon (FRA), Jeff Mearing (GBR), Tom Dawson (GBR), Robin Christol (FRA). Għal xi uħud minnhom din kienet l-ewwel esperjenza fuq dan it-tip ta’ jott. “Għalkemm konna waħedna dejjem imbuttajna ħafna. Konna nafu mill-bidu li ma kienx se jkun it-temp biex nisfidaw għar-rekord, imma ppruvajna l-almu tagħna u naħseb li kienet waħda mill-aqwa esperjenzi tagħna din is-sena,” qal Barrier. “Bil-Franċiż ngħidu, ‘qatt tnejn mingħajr tlieta’, allura forsi s-sena d-dieħla nerġgħu nirbħu!”

Fil-konkors tal-unuri tal-linja tal-monohulls, l-aħbar kbira tal-ġurnata kienet it-tneħħija tal-armar eżatt fin-Nofsinhar ta’ Favignana tal-jott Lucky, ta’ 27 metru ta’ Bryan Ehrhart, u l-eks Rambler 88, li ha il-line honours għal ħames darbiet. IR -Royal Malta Yacht Club Race Control kien pront biex jistabbilixxi li l-ekwipaġġ kollu kien sigur u offra kull assistenza meħtieġa. Lucky issa ħa l-fjuwil u qed isuq lura Malta.

B’ħarsa wiesaq tal-flotta fl- 1600 CEST, Leopard 3 jidher li fl-aħħar kiseb distakk ta’ ftit mili mit-jott Taljan ta’ Andrea Recordati, Bullitt,. Il-maxi ta’ 30.78m minn Monaco mistenni jidħol Malta fis-sigħat bikrin ta’ għada filgħodu. Il-bqija tal-flotta hija mifruxa fuq xi 300nm, bl-aħħar dgħajsa tkun dik ta’ Beppe Bisotto Atame, xi 15nm minn Stromboli.

Ekonomija

Sport