Wednesday, July 24, 2024

Organizzata attivitá minn Inter Club Pupi Zanetti Malta

Aqra wkoll

Għat tieni darba l-Inter Club Pupi Zanetti Malta, organizza attivita nħar il-Gimgħa 20 ta Ottubru, fejn inġabret somma sabiħa ta €1,100 b’riżq iċ-ċkejna Kate li tbati min kundizzjoni ‘Tatton Brown Rahman Syndrome’. Kundizzjoni rari ħafna u għaldaqstant tirrikjedi finanzi kbar sabiex tiġi kkurata.

Il-President, Paul Fenech waqt messaġġ tiegħu heġġeġ lil kulħadd sabiex jieħdu l-eżempu tal-klabb u jgħin f’dawn is-sitwazzjonijiet u wiegħed l-appoġġ tal-klabb lejn iċ-ċkejkna Kate u l-ġenituri tagħha.

Kien hemm attendenza sabiħa ferm u biex iferraħ sew lil Kate u sew lil kull min kien preżenti, intbgħat video min Javier Zanetti nnifsu lil Kate li ntlaqgħa b’applaws kbir.

Il-klabb se jkompli b’inizzjattivi simili fil futur qarib.

Ekonomija

Sport