Monday, May 13, 2024

“Dalgħodu kont preżenti biex nagħti l-appoġġ lil Delia … il-poplu se jibqa’ jitkellem u jiddiskuti”

Brian Gatt
Brian Gatt
Ġurnalist

Aqra wkoll

“Il-poplu se jibqa’ jitkellem u jiddiskuti fid-djar u fil-pjazez dan l-akbar frodi li twettaq fil-pajjiż. Illum, dalgħodu kont preżenti fil-Qorti tal-appell biex nagħti l-appoġġ lil Adrian Delia fil-kawża li hu fetaħ kontra l-gvern”. Iddikjara dan il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech hekk kif il-Parlament aġġorna biex jiddiskuti d-deċiżjoni tal-qorti dwar l-appell tal-konċessjoni tal-Isptarijiet imressaq minn Steward.

Grech qal li dan il-pjan tal-konċessjoni tal-Isptarijiet kien wieħed li twettaq, u baqa’ fis-seħħ u baqa’ jiġi difiż mill-2013 sal-lum.

Grech f’summarju tal-każ semma dwar id-deċiżjoni tal-Kap tal-Oppożizzjoni ta’ dak iż-żmien Adrian Delia li jiftaħ kawża li wara diversi xhur wasslet biex aktar kmieni ħarġet id-deċiżjoni finali rigward dan l-istess kuntratt ma’ Steward. 

Grech għal darba oħra rrefera għall-Kummissarju tal-Pulizija u qal li dan mhux biss naqas snin ilu li jieħu passi, iżda kull darba li tressqu provi quddiem il-qorti, kull darba li kien hemm deċiżjoni u kull darba li ħarġu dokumenti li juru li kien hemm nuqqasijiet lejn il-poplu.

“Il-Kummissarju tal-Pulizija għadu sal-lum ħadd ma jaf fejn qiegħed. Meta nisimgħu bih il-Kummissarju? Meta ssir xi press conference ġewwa l-bini tal-Public Broadcasting Services u jarrestaw lil Robert Aquilina, il-mexxej ta’ Repubblika jew meta jkun hemm xi ħadd mhux importanti li jagħmel xi nuqqas żgħir … dak nagħmlu l-arja miegħu”, tenna Grech.

Sport