Thursday, December 26, 2024

“Bit-tbissima tiegħek ħallejt marka f’kull min iltaqa’ miegħek”… Bosta maħsudin bit-telfa ta’ Andrea

Aqra wkoll

Bosta qraba u ħbieb ta’ Andrea Alamango esprimew id-dieqa tagħhom għall-aħbar tal-mewt tiegħu f’inċident tat-traffiku fil-Gżira.

Fost kummenti li segwew l-aħbar tal-mewt tiegħu kien hemm dawk li fakkruh bħala żagħżugħ li ħalla l-marka tiegħu f’kull min iltaqa’ miegħu. “Kont dejjem bit-tbissima u ħafna se jħossu n-nuqqas tiegħek hawnhekk. Ħu ħsiebna minn hemm fuq u ħares lil dawk li tant kienu għal qalbek speċjalment dawk l-aktar ċkejknin fil-familja”, tkompli waħda mit-tislimiet.

Fost dawk li sellmu l-memorja tiegħu kien hemm ukoll numru ta’ dilettanti tal-muturi li kkonfermaw kemm Andrea kellu għal qalbu dan id-delizzju.

AQRA AKTAR MINN HAWN TAĦT:

Ekonomija

Sport