Wara l-inċident tal-ajru ikrah li fih ajruplan fi triqtu mill-Indja għal-Londra ġġarraf ftit wara t-tluq fuq bini, l-Indja reġgħet kellha qatgħa hekk kif titjira oħra, proprjament ir-raba’ waħda f’36 siegħa, kellha ddur lura lejn Delhi minħabba emerġenza f’nofs l-ajru.
It-titjira, li kienet fi triqtha lejn Ranchi, kellha ddur lura lejn Delhi wara suspetti ta’ ħsara teknika. Wara spezzjonijiet li saru fuq l-ajruplan, ġie konkluż li kollox huwa sewwa u reġa’ beda jopera.
Inċidenti simili fis-settur tal-avjazzjoni tal-Indja jinkludu fighter jet Ingliż F-35 li kellu jagħmel inżul ta’ emerġenza f’Kerala minħabba nuqqas ta’ fjuwil il-Ħadd li għadda; titjira tal-Lufthansa minn Frankfurt għal Hyderabad kellha tmur lura wara theddida ta’ bomba u titjira oħra ta’ Air India minn Hong Kong għal Delhi li kellha tirritorna minn fejn telqet wara li kien hemm suspetti ta’ problemi tekniċi.