Saturday, December 21, 2024

Biżgħa li l-estremiżmu qed iqajjem rasu fil-football

Aqra wkoll

Hemm biżgħa kbira li l-estremiżmu qed iqajjem rasu fil-football. Dan seħħ f’Wembley Stadium meta l-partitarji tal-Ungerija kkonfrontaw lil uffiċjali tal-pulizija u l-amministraturi fil-bidu tal-logħba ta’ kwalifikazzjoni tat-Tazza tad-Dinja.

Huma ġarrew magħhom streamer bħala protesta kontra dawk il-players li jinżlu għarkopptejhom b’solidarjetá għan-nies ta’ kulur. 

Grupp ta’ madwar 30 pulizija ssejħu biex jagħmlu arresti hekk kif kien hemm rapporti li sezzjoni ta’ partitarji bdew jattakkaw lil membritas-sigurtá tal-istadium. 

Ħafna mill-partitarji kienu lebsin l-iswed kif ukoll balaclavas hekk kif kien hemm konfronti mal-pulizija. 

 Fi stqarrija, il-pulizija qalet li: “Ftit wara l-bidu tal-logħba f’Wembley Stadium, l-uffiċjali daħlu fl-istand biex jarrestaw spettatur għal reat ta‘ ordni pubblikua razzjonalment aggravat wara kummenti magħmula lejn steward.

“Kienet sitwazzjoni diffiċli peró kollox ġie għan-normal wara ftit minuti.”

Ekonomija

Sport