Wednesday, December 25, 2024

BIŻŻEJJED PROVI BIEX L-IMPUTAT JITQIEGĦED TAĦT ATT TA’ AKKUŻA

Tkompli l-kumpilazzjoni dwar il-mewt ta' Pelin Kaya

Aqra wkoll

11:50 a.m: Proprju ftit tal-minuti ilu daħlu fl-awla tal-Qorti l-imputat Jeremie Camilleri taħt sigurtà stretta. Daħlu wkoll qraba tal-vittma fosthom ommha.

12:00 p.m: Spettur jixhed dwar kif il-vittma nstabet b’ammont ta’ demm fejn rasha

Beda biex jixhed l-Ispettur Shamus Woods stazzjonat l-Għassa ta’ Tas-Sliema li qal li fit-18 ta’ Jannar filgħodu, il-Pulizija rċeviet rapport ta’ inċident tat-traffiku. Ir-rapport kien jgħid li x’aktarx kien hemm persuna mejta. Huwa qal li l-Pulizija marret fuq il-post fejn sabu vettura tal-għamla BMW li kkawżat ħsara fuq parti mill-pompa ta’ Paul & Rocco u sussegwentament baqgħet dieħla fil-KFC. Kompla biex jgħid li l-uffiċjali preżenti raw l-ambulanza u tim mediku jassisti persuna li “kellha ammont ta’ demm wara rasha”.

Woods kompla biex jgħid li fuq il-post seta’ jinnota li kien hemm slipper abjad fuq il-bankina fejn il-pompa tal-petrol li kien jappartjeni lill-vittma. Fuq il-post ġew innutati wkoll diversi xhieda, foshom raġel li stqarr li Camilleri prova jattakka lilu u rah jattakka mara oħra waddbilha ġebla għal rasha.

Xehed ukoll dwar il-wasla tal-Ispettur Kurt Zahra fuq il-post u kif il-Pulizija ġiet avviċinata minn xi persuni xhieda fuq il-post li kienu wkoll sofrew xi ġrieħi. Woods ippreżenta wkoll ċertifikati li jikkonfermaw dawn il-ġrieħi.

Kompla biex jgħid li minn analiżi li saret mill-filmati ta’ CCTVs li hemm kemm fil-pompa kif ukoll dawk tal-KFC irriżulta li Camilleri saq għal fuq il-vittma u anke waddab ġebel fuq il-ġisem tagħha.

12:10 p.m: Surġent jixhed dwar l-istat ta’ telqa fir-residenza ta’ Camilleri

It-tieni xhud kien is-Surġent mill-Iskwadra ta’ kontra l-Omiċidji Christian Xuereb. Huwa xehed kif fit-18 ta’ Jannar għall-ħabta tas-2.30 a.m. kien ġie infurmat b’telefonat mill-Ispettur Kurt Zahra li kien hemm bżonn l-assistenza tiegħu minħabba li fi Triq l-Imsida, il-Gżira kien hemm mara li kienet sfat imtajra. Kien infurmat li s-sewwieq kien ħareġ mill-istess vettura msemmija qabel u kompla jixħet xi ġebel fuq il-vittma.

Is-Surġent qal li kellem ħaddiem ta’ Sphinx Pastizzerija li tinsab faċċata fejn seħħ l-inċident. Huwa sttqarr miegħu li kien bilqiegħda barra mill-ħanut. Huwa qal li f’ħin minnhom ra vettura ġejja u tibqa’ dieħla fil-KFC. Stqarr li dak il-ħin ma ndunax li kien tajjar lil xi ħadd. Dan il-persuna qal ukoll li l-imputat tah daqqa fuq għonqu u tefgħu mal-art. Hekk kif kien mal-art dan l-istess persuna tah daqqa oħra fuq siequ. Qal ukoll li huwa rnexxielu jqum, daħal fil-ħanut u għalaq ix-shutter.

Is-Surġent tkellem ukoll ma’ persuna oħra li kien fuq il-post biex jagħti fejn talbu jgħid x’ra u ma rax. Stqarr li kien qed isuq il-vettura tiegħu meta f’ħin minnhom sema’ brejk u ħoss qawwi ta’ ħabta. Qal ukoll li dak il-ħin ra persuna ġejja fuqu u qabdu mill-flokk biex jipprova joħorġu mill-vettura li hu kien qed isuq. Kif lemaħ dan kollu, qabad u qala’ l-vettura bis-saħħa u rriversja tant li qaċċat il-mera tas-sewwieq bl-imputat stess. Kompla biex jgħid li hu rah jersaq u jsawwat lil tal-ħanut u qabad iwaddab il-ġebel u jgħid “Ala żo***, ala żo***. Huwa qal ukoll li mal-wasla tal-Pulizija, dan ix-xhud fuq il-post qalilhom li l-imputat kien aggressiv u perikoluż.

Hu u xi nies oħra provaw jersqu lejn il-vittma però din il-persuna bdiet tattakka lin-nies tal-madwar u l-karozzi li dak il-ħin kienu għaddejjin mit-riq. Qal ukoll li l-pulizija kien irnexielhom jinnewtralizzaw lill-imputat bl-użu tat-taser fejn bl-Ingliz huwa nissel il-kliem “I am a psychopath … now see me how I will fight the police”

Persuna oħra xhud fuq il-post qal li kien ra persuna bla xagħar jattakka persuna f’karozza tal-għamla Peugeot u li dan irreaġixxa billi saq lura. Kompla biex jixhed dwar dak li ntqal qabel rigward il-fatt li l-imputat wara beda jattakka nies oħra li bdew jiġu quddiemu. Qal ukoll li rah jagħti lil mara billi jitfgħalha l-ġebel. Meta mistoqsi jekk rax xi ġisem mal-art huwa qal li ma kienx resaq daqshekk viċin però semgħu jgħajjat “1,2,3 viva l-Algerie”.

Huwa kompla biex jgħid li minn analiżi li saret minn kameras bejn iż-żewġ lokazzjonijiet – id-dar tal-imputat u l-post fejn seħħ l-inċident il-pulizija setgħet tikkonferma l-ħin li l-istess imputat ħa biex wasal fuq il-post. B’kollox huwa ħa seba’ minuti u nqabad anke minn speed camera fi Triq Dun Karm Birkirkara.

Barra minn hekk huwa kompla biex jgħid li l-imputat deher iwaddab sitt ġebliet b’kollox f’ħames darbiet minħabba li darba minnhom qabad żewġ ġebliet f’daqqa.

Id-Difiza talbet li f’dan l-istadju jinħatar espert psikjatriku biex jeżamina l-imputat u jixhed dwar il-kundizzjoni mentali tiegħu. Dr Shazoo Ghaznavi, li qed jidher parte civile, oġġezzjona minħabba li l-imputat ġie invistat l-isptar wara li seħħ l-inċident.

Il-Qorti, laqgħet it-takba u ħaret bħala espert lil Dr Anton Grech sabiex jezaminah u jitkellem dwar il-kundizzjoni tiegħu.

Il-Qorti wara li semgħet ix-xhieda li xehdu s’issa, qalet li hemm biżżejjed raġunjiet prima facie sabiex l-imputat jitqiegħed taħt att ta’ akkuża.

Il-każi kompli 16 ta’ Marzu fil-11.00 a.m

9:45 a.m: Illum tkompli l-Kumpilazzjoni dwar il-qtil ta’ Pelin Kaya

Dalgħodu, quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello, se tkompli tinstema’ l-kumpilazzjoni kontra Jeremie Camilleri ta’ 33 sena li qed jiġi mixli bil-qtil ta’ Pelin Kaya wara li allegatament saq għal fuqha u tajjarha.

Il-każ seħħ fit-18 ta’ Jannar li għadda fil-Gżira. Mix-xhieda li ta l-Ispettur Kurt Zahra f’seduta preċedenti rriżulta li l-imputat kien qal lill-pulizija li marru biex jarrestawh li “ried isir famuż” u li huwa “kburi li hu psikopatiku”. Apparti hekk, intqal li huwa nqabad fuq filmat iwaddab xi ġebel fuq il-vittma. 

Il-Prosekuzzjoni qiegħda titmexxa mill-Avukati Kaylie Bonett u Nathaniel Falzon mill-Uffiċċju tal-Avukat Ġenerali megħjuna mill-Ispetturi Kurt Zahra u Shamus Woods. L-Avukati Alfred Abela u Rene’ Darmanin qed jidhru għal Jeremie Camilleri. L-Avukati Shazoo Ghaznavi, Charlon Gouder u Ramona Attard dehru għall-familjari tal-vittmi.

Fil-kontro eżami l-Ispettur ikkonferma li d-dar tal-imputat kienet fi stat ta’ telqa kbira tant li kien hemm ammont ta’ ilma fis-sular t’isfel u saħansitra ġrieden mejtin u oħrajn iduru mas-saqajn fl-istess residenza.

Il-Punti ewlenin tal-ewwel seduta:

  • Il-vittma kienet f’periklu imminenti li titlef ħajjitha
  • Is-sieħeb tagħha ikkonferma li l-identità tal-vittma fi triqtu biex isibha ftit sigħat wara li wasal Malta
  • Diversi xhieda jixhdu kif l-imputat kien aggressiv u beda jgara ġebel lejhom u lejn il-vittma li kienet mitlufa minn sensiha wiċċha fl-art
  • Ma kien hemm l-ebda relazzjoni bejn il-vittma u l-aggressur
  • Il-vittma ma setgħetx tara lill-imputat ġej hi u miexja fuq il-bankina
  • Kuntistabbli jixhdu dwar l-arrest u li l-imputat irreżista. Wieħed minnhom jinfaqa’ jibki fl-awla jgħid li minkejja kull tentattiv, Pelin kienet mietet.
  • L-imputat kellu xi jgħid mal-eks sieħba qabel il-qtil u bagħat jgħidilha li sa filgħodu kien se jsir famuż.
Ekonomija

Sport