Tuesday, April 23, 2024

Bjorn Formosa jfakkar fil-ġirja ta’ Kruiven

Aqra wkoll

Ninsabu tlett ijiem biss ’il bogħod sabiex Kruiven Farrugia, tifel ta’ tmien snin, jiġri 5km sabiex jinġabru fondi b’risq il-proġett il-ġdid ta’ DAR Bjorn Respite. Ħabbar dan Bjorn innifsu permezz ta’ post fuq il-midja soċjali.

Fl-4 ta’ Ġunju li ġej, dan iċ-ċkejken se jkun qed jiġri mill-Imdina għal San Anton. L-ALS Malta+ qed jimmiraw li jiġbru €1 għal kull metru li jiġri Kruiven, bil-għan li jirnexxilhom jiġbru s-somma globali ta’ €5,000.

Kull min jixtieq jgħin f’din il-kawża ġusta, jista’ jagħti d-donazzjoni tiegħu permezz tal-mobile banking fuq 79096249, jew inkella jżur din il-ħolqa https://efr.alsmalta.org/kruiven-5k-race-for-als-malta u jħallas permezz tal-VISA.

Sport