Monday, December 23, 2024

Bjorn Formosa llum jagħlaq 37 sena

Aqra wkoll

Bjorn Formosa li għal dawn l-aħħar snin beda jbati mill-kundizzjoni ALS, illum qiegħed jiċċelebbra s-37 sena mit-twelid tiegħu.

Dan ir-raġel li sa ftit snin ilu tista’ tgħid ma kien jafu ħadd, hekk kif ġie ċċertifikat li għandu l-ALS, minflok qgħad jistenna l-mewt ġejja għalih hekk kif il-marda tibda teħodlu s-saħħa kollha, iddeċieda li jagħmel xi ħaġa mhux biss għalih imma għal mijiet ta’ persuni oħrajn.

Fil-fatt hu l-fundatur ta’ ALS Malta fejn flimkien ma’ martu Marija jmexxu żewġt idjar b’tant dedikazzjoni fejn jgħinu mijiet ta’ persuni kuljum.

Minkejja li saħħtu baqgħet sejra lura, xorta waħda Bjorn ma jaqtax qalbu u jibqa’ joħlom li jtejjeb u jgħin il-ħadd ta’ ħafna nies.

Dan is-sit jawgura lil Bjorn ġurnata mill-aqwa.

Ekonomija

Sport