Monday, May 13, 2024

Iweġġa’ gravi wara li nqaleb b’vettura fl-Imġarr Malta

Aqra wkoll

Raġel ta’ 37 sena u residenti l-Imġarr, għall-ħabta tat-3.15am, ittieħed l-Isptar Mater Dei għax weġġa’ f’inċident tat-traffiku fi Triq Binġemma, l-Imġarr.

Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq Isuzu D-Max, tilef il-kontroll u nqaleb. Membri tal-Protezzjoni Ċivili u tim mediku assistew fuq il-post tal-inċident u r-raġel ittieħed l-isptar b’ambulanza, fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Sport