Bjorn u martu Maria Formosa llum qed jiċċelebbraw is-sitt anniversarju miż-żwieġ tagħhom.
Bjorn Formosa hu attivi kbir favur dawk kollha li jbgħatu bil-kundizzjoni tal-ALS. Kien hu li waqqaf l-ALS+ Malta u fi ftit snin irnexxielu jagħmel passi kbar għal din l-għaqda. Tant li ftit żmien ieħor se jkun qiegħed jiftaħ dar oħra bit-tama li jgħin ħafna aktar nies.
Fuq il-profil tiegħu fuq Facebook, Bjorn kiteb li qatt ma kin jimmaġina fejn il-ħajja kellha teħodhom. Hu sostna li żgur li ma kinitx faċli “u nassigurakom li l-ħajja mhix ward u zahar…anzi!”
L-attivist u fundatur tal-ALS+ Malta kienet li aktar mal-marda bdiet tiggravalu u llum kważi paralizzat kompletament, aktar ħassu ristrett u mhux aktar kapaċi biex jikkontribwixxi għar-relazzjoni bejnu u bejn martu Marija.
“Bilkemm niflaħ inqum minn dil-qiegħ ta’ sodda li ninsab fiha, però din il-mara ċkejkna fl-istatura, imma b’qalb kbira baqgħet dejjem hemm u ma abbandunatni qatt. Grazzi ta’ kollox Maria u kun af li l-imħabba tiegħi hija waħda profonda minkejja li niġġieldu kull 6 sigħat,” temm jikteb Bjorn.
Dan is-sit jawgura lil Bjorn u Marija aktar snin ta’ mħabba.