Monday, April 29, 2024

“Bl-għajnuna ta’ Santa Marija determinati li nagħmlu festa kbira kif nafu nagħmlu aħna l-Mostin”

Is-Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu

Aqra wkoll

Is-Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu ħabbret li sa fl-aħħar bdew jirranġaw il-kumpless tagħhom kif ukoll ingħata bidu għal xi ħsarat li ġarrbu wara li fl-4 ta’ Ġunju li għadda splodiet il-kamra tan-nar fil-Mosta.

L-għan ewlieni tas-soċjetà huwa li jkunu jistgħu jkomplu bil-ħidma piroteknika sabiex jonoraw is-sehem tagħhom fil-festa ta’ din is-sena hekk kif ikollhom il-permessi finali milll-awtoritajiet. 

Is-Soċjetà Piroteknika 15 ta’ Awwissu tirringrazzja lil kull min għen speċjalment lill-membri tagħha li qed jaħdmu bla waqfien minkejja t-trawma kerha li għaddew minnha ftit tax-xhur ilu.

Fl-istess waqt, il-membri tas-Soċjetà jesprimu d-determinazzjoni tagħhom li minkejja ċ-ċirkostanzi sfortunati, l-istess bħal snin oħra se jagħmlu ħilithom biex joffru festa spettakolari lill-Mostin: “It-triq hija twila, u fadal ħafna ostakli x’nissuperaw, fosthom xi ħsarat li setgħu ġarrbu xi terzi, imma bil-għajnuna ta’ Santa Marija li lilha noffru dan kollu, determinati li nkomplu naħdmu b’kawtela taħt is-superviżjoni tal-awtoritajiet biex naslu li nagħtu sehemna għal festa kbira oħra kif nafu nagħmlu aħna l-Mostin”. 

Is-Soċjetà għalqet billi appellat lill-pubbliku biex kull min jista’ jagħti s-sehem tiegħu, fosthom billi jagħti kontribuzzjoni finanzjarja, huwa jista’ jagħmel matul il-jiem li ġejjin. 

Sport