Tuesday, April 30, 2024

“Bl-istatistika biss ma niklux… irridu s-soluzzjonijiet”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Kap tal-Oppożizzjoni kompla jgħid li l-Oppożiżzjoni tirrikonoxxi li l-Gvern għandu mandat b’saħħtu li ngħatalu mill-poplu biex jimplimenta l-programm elettorali tiegħu.  “L-oppożizzjoni nazzjonalista ilha snin twal titkellem fuq ħafna minn dawn it-temi u għalhekk ikun tajjeb li min fuq il-karta l-proposti jidħlu fis-seħħ kemm jista’ jkun malajr. Jalla tkunu gvern ambjentali però dan issa jrid isir bil-fatti u mhux bil-kliem,” qal Dr Grech li sostna li jeħtieġ li jintlaħqu l-miri ambizzjużi li fasslet il-Kummissjoni Ewropea sal-2030 u sal-2050. Huwa qal ukoll li “rridu npoġġu l-kwalità tal-ħajja u l-mod kif ngħixuha fiċ-ċentru tal-politika, mill-ispazji pubbliċi għall-mod kif nibbilanċjaw ix-xogħol, il-familja u l-attivitjaiet li jżommuna sani u b’saħħitna.”

Il-Kap tal-Oppożizzjoni rrefera għall-istudju li sar mill-Caritas li minnha ħareġ li xirja ta’ prodotti bażiċi ta’ erba’ persuni żdiedet b’€100 fix-xahar u dan meta mqabbel ma’ sentejn ilu u meta ma kienx hawn il-gwerra fl-Ukrajna. “Din hi problema reali, li qed jaffaċċja l-poplu. Problema li qed titfa’ pressjoni fuq il-familji u ċ-ċittadini ta’ pajjiżna. Irridu nagħmlu ħilitna biex inwieżnu lill-ħaddiema biex iżommu bilanċ aħjar u effettiv bejn ix-xogħol u l-familja. Bl-istatistika biss ma niklux. Irridu s-soluzzjonijiet. Soluzzjonijiet hemm imma issa dawn iridu jiġu implimentanti.”

Fl-aħħar nett, il-Kap tal-Oppożizzjoni qal li jekk jirnexxilna niżguraw kultura ta’ integrità minflok kultura ta’ impunità, ikollna stat li jitratta lil kull persuna b’mod ġust u ekwu.

Sport