Saturday, December 21, 2024

“Bla kliem… Grazzi ta’ kulma għamilt magħna”; Bosta jibku l-mewt ta’ Alex Borg iċ-Ċoqqos

Aqra wkoll

“Bla kliem. Grazzi ta’ kulma għamilt magħna.” Kien b’dan il-kliem li l-grupp ta’ bikers nisa magħrufin bħala Vixen Malta fakkru lil Alex Borg, magħruf bħala ċ-Ċoqqos, hekk kif ġriet l-aħbar li huwa kien is-sewwieq li sfortunatament tilef ħajtu f’inċident tat-traffiku fil-bypass tal-Imrieħel aktar kmieni llum.

“Qatt m’int se tintesa. Sakemm nerġgħu niltaqgħu.”

Intant bosta oħrajn ddeskrivew lil Borg bħala raġel ċajtier li kien iħobb jgħin lil għajru.

Huwa kien magħruf sew għad-delizzju tal-muturi li tant kellu għal qalbu.

Ekonomija

Sport