Saturday, April 27, 2024

Ir-Renju Unit taqbeż l-10,000 vittma kaġun tal-Covid-19

Aqra wkoll

Hekk kif ir-Renju Unit illum irreġistrat 737 każ ġdid ta’ mwiet persuni kaġun tal-coronavirus, l-imwiet fil-pajjiż issa qabeż l-10,000 persuna.

Dan filwaqt li wieħed mill-ogħla konsulenti mediċi fil-pajjiż qed iwissi li r-Renju Unit għadu jinsab fl-ewwel rawnd tal-ġlieda kontra l-virus qattiel, u li l-kontroll tal-imxija mistennija li tieħu fit-tul.

Stephen Powis, direttur mediku tas-Servizz Nazzjonali tas-Saħħa (NHS) qal li filwaqt li huwa minnu li l-iżvilupp tal-vaċċinjinsab għaddej u kien reġistrat progress fir-rigward ta’ trattament mediċinali, mhu se jkun hemm l-ebda soluzzjoni maġika li se twassal għat-tmiem tal-lockdown.

Huwa tenna li huwa “assolutament kritiku” li n-nies tibqa’ tosserva miżuri ta’ distanzi soċjali, u qal li l-pajjiż għadu biss fl-ewwel stadji tal-battalja kontra l-Covid-19.

Sport