Clayton Castaldi hu ċ-champion tal-Blackball 2022 meta fil-finali tal-kampjonat nazzjonali hu għeleb lil Ivan Rizzo 10-7 f’finali verament interessanti li ntlagħbet fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara.
Kien konfront bejn żewġ plejers li għandhom esperjenza vasta f’din il-logħba. Rizzo ta’ 54 sena, ilu nvolut għal aktar minn 40 sena fil-Blackball filwaqt li Castaldi ta’ 38 sena għandu 22 sena jikkompeti fl-aqwa livell ta’ din il-logħba.
L-ewwel ħdax-il frame kienu ferm bilanċjati, f’Rizzo dejjem imur minn fuq, għalkemm fl-aħħar parti Castaldi rrisponda tant li stabilixxa vantaġġ ta’ 5-4.
Fit-tieni parti, Castaldi kiseb aktar kunfidenza fejn kien 9-5 minn fuq. Hekk kif dan tal-aħħar kien viċin li jieħu t-titlu, kien hemm reazzjoni ta’ Rizzo li reġa’ naqqas l-iskor għal 9-7.
L-aħħar frame kien wieħed deċiżiv fejn Castaldi ħa r-riedni tal-logħba f’idejh u eventwalment iċ-champion ta’ Malta.
Fi tmiem il-konfront, il-membru anzjan Lino Lauro ippreżenta t-trofew lil Castaldi.