Sunday, May 5, 2024

ARA: Il-Viċi President tal-Arġentina teħlisha ħafif wara li arma ppuntata lejha ma ħaditx

Claudio Coleiro
Claudio Coleiro
Ġurnalist

Aqra wkoll

Il-Viċi President tal-Arġentina ħelsitha ħafif wara li raġel ippunta arma tan-nar lejha iżda b’xorti tajba din ma ħaditx.

Cristina Fernandez de Kirchner kienet qiegħda ssellem lill-partitarji barra r-residenza tagħha meta f’ħin minnhom raġel ħareġ mill-folla u ppontalha pistolha f’wiċċha. 

Ir-raġel, identifikat bħala Brażiljan ta’ 35 sena, kien arrestat. Il-Pulizija għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet biex jistabbilixxu l-mottiv wara dan l-attakk. 

Il-President Alberto Fernandez qal li l-pistola kellha ħames balal u li Cristina għadha ħajja għax għal xi raġuni teknika l-pistola ma sparatx. Huwa kompla billi kkundanna lill-allegat aggressur u qal li l-attentat fuq ħajjet de Kirchner kien “wieħed mill-aktar inċidenti serji” minn meta l-pajjiż reġa’ lura għad-demokrazija fl-1983.

“Nistgħu ma naqblux. Jista’ jkollna nuqqas ta’ qbil, iżda d-diskors ta’ mibegħda ma jistax iseħħ għax ikabbar il-vjolenza u m’hemm l-ebda ċans li l-vjolenza teżisti flimkien mad-demokrazija,” qal is-Sur Fernandez.

Sport