Friday, December 27, 2024

Blackball: Ġurnata perfetta għat-tim nazzjonali ta’ taħt it-18-il sena

Aqra wkoll

Ġurnata pożittiva għat-tim nazzjonali Malti tal-blackball ta’ taħt it-18-il sena li lbieraħ rebaħ il-logħbiet kollha li lagħab mill-fażi tal-gruppi tat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2024 li qed issir fi Brindlington.

Fil-fatt, iż-żgħażagħ Maltin bdew bl-aqwa mod possibbli meta fil-logħba ta’ filgħodu għelbu lil Wales 15-0 f’logħba li huma ddominaw. Huma komplew jiksbu rebħa wara l-oħra meta għelbu lill-Iskozja 19-5, lill-Ingilterra B 15-10 u lill-Irlanda ta’ Fuq 15-10 .

B’hekk iż-żgħażagħ Maltin kisbu sitt rebħiet minn tmien logħbiet u jinsabu fin-naħa ta’ fuq tal-klassifika.

Mill-banda l-oħra, fl-azzjoni wkoll it-tim nazzjonali ta’ taħt it-23 sena li għeleb lill-Afrika t’Isfel 20-5 għalkemm ġie megħlub mill-Ingilterra 18-7 u minn Wales 19-6.

S’issa t-tim immexxi minn Robert Attard lagħab sitt logħbiet fejn rebaħ żewġ konfronti u tilef erba’ logħbiet.

Kien hemm ukoll il-logħbiet tas-singles u d-doubles fejn kien hemm xi Maltin li avvanzaw u oħrajn li ġew eliminati.

Il-koppja Maltija Mathias Debono u Liam Mifsud ġew eliminati wara telfa ta’ 3-0 kontra Geo Edgar u Kieran Kay filwaqt li anke Steven Muscat u Nordai Desira tilfu bl-istess skor kontra Gerard Heaney u Rhys McClaughlin.

Fil-kompetizzjoni individwali Daniel Vella tilef kontra Kieron Savage 2-1 filwaqt li Christian Spiteri għadda għar-round li jmiss wara rebħa ta’ 4-0 kontra Adam Kelly l-istess bħala għamel Clydon Attard li għeleb lil Morgan Davis 4-1.

Fid-dwell kollu Malti, Mathias Debono għeleb lil Liam Mifsud 3-0.

It-tielet ġurnata ta’ logħob tkompli llum b’dan il-programm:

9:00 – Skozja U23 vs Malta U23

9:00 – Ingilterra U18 vs Malta U18

11:30 – Malta U18 vs Skozja U18

11:30 – Malta U23 vs Irlanda U23

15:00 – Wales U18 A vs Malta U18

17:30 – Malta U18 vs Wales U18B

Ekonomija

Sport