Wednesday, April 24, 2024

Koke jġedded il-kuntratt ma’ Atletico Madrid

Aqra wkoll

Il-plejer ta’ nofs il-grawnd Spanjol Koke ġedded il-kuntratt ma’ Atletico Madrid, Kienu l-Colchoneros stess li ħabbru dan fuq is-sit soċjali tagħhom wara li sar il-ftehim li se jorbot lill-plejer ta’ 32 sena sa Ġunju 2025.

Koke hu l-aktar plejer rappreżentattiv ma’ Atletico Madrid hekk kif libes il-flokk aħmar u abjad għal 626 darba fil-karriera tiegħu.

It-titlu ta’ diversi gazzetti Spanjoli kien La Historia Continua – L-istorja tkompli, xhieda li r-relazzjoni bejn iż-żewġ partijiet kompliet tissaħħaħ.

Sport