Wednesday, April 24, 2024

Milan se jġeddu l-kuntratt ta’ Francesco Camarda

Aqra wkoll

AC Milan huma lesti li joffru kuntratt ta’ tliet snin lill-plejer żagħżugħ tagħhom Francesco Camarda. Dan tal-aħħar għandu 16-il sena u kellu ċ-ċans li ftit tax-xhur ilu jiddebutta mat-tim tal-kbar.

Fi tmiem il-ġimgħa li għaddiet, Camarda kien protagonista mat-tim nazzjonali Taljan ta’ taħt is-17-il sena meta skorja doppjetta filwaqt li pprovda assist ieħor lejn sħabu fir-rebħa ta’ 5-3 kontra l-Belġju.

Minkejja li hemm interess min-naħa ta’ Borussia Dortmund, Milan iridu jaċċertaw li dan il-plejer jibqa’ magħhom.

Sport