Saturday, April 27, 2024

Ansu Fati se jibqa’ ma’ Brighton?

Aqra wkoll

Il-midfielder offensiv b’passaport Spanjol u anke tal-Guinea Bissau Ansu Fati ftit ħalla l-impatt tiegħu ma’ Brighton and Hove Albion fil-perjodu ta’ self li qiegħed magħhom. Fil-fatt hu lagħab 26 partita u skorja erba’ gowls staġjonali. Minkejja kollox, il-kowċ Roberto de Zerbi mistenni jkompli juri fiduċja fih hekk kif qed jittama li l-wirjiet tiegħu jitjiebu f’dawn l-aħħar ġimgħat.

Is-Seagulls għadhom qed jaħsbuha jixtrux għal kollox lil Fati li oriġinarjament hu proprjeta’ ta’ Barcelona. Id-diriġenti Ingliżi se jaraw sew l-affarijiet u jiddeċiedu x’għandha tkun it-triq ‘il quddiem.

Sport