Wednesday, December 25, 2024

Blackball: Ħamrun 147 B jirbħu d-dwell domestiku

Aqra wkoll

Ħamrun 147 B rebħu d-dwell kontra Ħamrun 147 A fl-ewwel ġurnata tal-kampjonat nazzjonali tal-Blackball.

147 B rebħu 11-9 kontra l-ewwel tim tagħhom biż-żewġ naħat li għandhom l-aqwa plejers tal-blackball lokali bil-logħba tkun waħda bilanċjata u akkanita.

Fir-Regional League, l-akbar rebħa tal-ġurnata kisbuha Selmun Bar A li rebħu 11-0 lil Juve Birkirkara A.

Birkirkara Youngsters għelbu lil Mosta St Mary A 11-7 filwaqt li anke San Ġwann Nick’s A, Ħamrun 147 C u Birkirkara Boċċi kisbu rebħiet importanti kontra Każin Pinto Qormi B (11-6), Birkirkara Duke’s A (11-9) u San Ġwann White Hart (11-5)

Fil-Community League, Birkirkara Duke’s B, Juve Birkirkara B u Valletta Fossa Boys kisbu rebħiet f’sezzjoni A kontra Mosta St Mary’s B (11-3), PL Balzan A (11-7) u Jojo’s Birżebbuġa B (11-4).

F’logħba ferm bilanċjata, Selmun Bar C u Domus Kids Żejtun spiċċaw fi draw ta’ 10-10.

F’sezzjoni B, Taċ-Ċaċċu Qormi kisbu rebħa kbira ta’ 11-0 kontra Mosta St Mary C.

Min-naħa l-oħra, PN Mġarr, PL Balzan B u Ħamrun 147 D kisbu l-punti massimi wara rebħiet kontra San Ġwann Nick’s B (11-6), Di Santos B (11-7) u Selmun Bar B (11-9)

Ekonomija

Sport