Johan Attard rebaħ it-tieni tournament ta’ kwalifikazzjoni għat-Tazza tan-Nazzjonijiet 2024 meta fil-finali għeleb lil Ryan Pisani 10-4.
Kienet finali oħra denja bejn żewġ plejers li bħalissa għaddejjin minn forma tajba. Għal Attard dan kien it-tieni suċċess tiegħu f’din il-kompetizzjoni wara li hu kien diġa’ rebaħ l-ewwel tournament ta’ kwalifikazzjoni.
Fil-finali ta’ taħt it-18-il sena, Nordai Desira għeleb lil Jake Castaldi 9-5 filwaqt li fil-kategorija ta’ taħt it-23 sena, Daniel Vella xejn ma sabha faċli sabiex għeleb l-isfida iebsa ta’ Liam Mifsud bl-iskor finali jkun dak ta’ 9-8.
F’aktar finali, Rudolph Gellel għeleb lil Stephen Falzon 10-6 fil-kategorija ta’ ‘l fuq minn 40 sena filwaqt li kien hemm is-suċċess ta’ Conrad Catania fuq Jason Mangion wara riżultat ta’ 10-8.
Illum jibda t-tielet ranking tournament bil-logħbiet li se jintlagħbu fil-Juventus Club Vero Amore f’Birkirkara u fl-Għaqda Soċjo-Mużikali Anici f’Ħal Qormi.