Wednesday, July 24, 2024

Ic-champions Swieqi Phoenix Nium ma jfallux kontra Paola Executive Security

Aqra wkoll

Meta fi tmiem il-ġimgħa tkomplew id-diversi kampjonati nazzjonali organizzati mill-Assoċjazzjoni Maltija tal-Volleyball spikkat ir-rebħa taċ-champions Swieqi Phoenix Nium kontra t-team neo promoss ta’ Paola Executive Security bl-iskor ta’ 3-1 fil-kampjonat Super League.

B’dan ir-riżultat Swieqi baqgħu f’ras il-klassifika filwaqt li għalkemm għadu mingħajr punt, it-team minn Raħal Ġdid wera progress fil-logħob tiegħu meta mqabbel mal-ġimgħat li għaddew.

F’partita oħra mill-istess kampjonat Flyers kellhom rebħa komda ta’ 3-0 fuq dak ta’ Birkirkara biex b’hekk ukoll huma se jibqgħu jisfidaw sew għar-rebħ tal-kampjonat.

Ir-riżultati kollha

U19
Swieqi Phoenix Tough Cookies vs Swieqi Phoenix Sugar and Spike 3-0

U17
Falcons vs BKVC Thunder Spikes 0-3
Phoenix Challengers vs BKVC Storms 3-0
Flyers vs BKVC Lightnings 3-0

L-Ewwel Diviżjoni

BKVC Reds vs Swieqi Phoenix EY 0-3
Depiro vs Mgarr Volley 0-3

Super League

Flyers vs Birkirkara VC 3-0
Paola Executive Security vs Swieqi Phoenix NIUM 1-3

Ekonomija

Sport