Thursday, April 17, 2025

Blackball: Malta tikseb żewġ midalji tad-deheb u oħra tal-fidda fi Bridlington

Aqra wkoll

Malta kisbet żewġ midalji tad-deheb u oħra tal-fidda fl-aħħar ġurnata ta’ logħob riservata għaż-żgħażagħ fit-tazza tan-nazzjonijiet 2025 li saru fi Bridlington.

Fil-fatt, it-tim nazzjonali ta’ taħt il-15-il sena magħmul minn Nick Muscat, Jake Castaldi, Denzel Falzon u Dielyn Edwards u mmexxi minn Robert Attard għelbu lill-Irlanda ta’ Fuq 8-4. Il-Maltin dejjem kienu fil-kontroll tal-logħba sabiex ħadu r-rebħa finali.

Midalja tad-deheb ħadha wkoll Jake Castaldi li għeleb lill-plejer Ingliż Bailey Earlston 5-1. Kienet logħba li Jake iddomina mill-bidu sal-aħħar fejn spikkat il-preċiżjoni ta’ dan iż-żagħżugħ Malti li ħalla għal ħafna ħin lill-avversarju tiegħu bilqiegħda.

Mill-banda l-oħra, it-tim ta’ taħt it-23 sena safa’ megħlub mill-Ingilterra 13-9 fil-finali ta’ din il-kategorija. Minkejja din it-telfa, iż-żgħażagħ Maltin kellhom is-sodisfazzjon li jirbħu l-midalja tal-fidda, li hu wkoll tragward prestiġġuż.

It-tim magħmul minn Nordai Desira, Casdy Vella, Chaylon Castaldi, Steven Muscat, Matthias Debono u Neil Caruana u mmexxi minn Kyle Zammit ipprova jagħti oppożizzjoni xierqa lill-Ingliżi għalkemm lejn l-aħħar l-avversarji qabdu sensiela ta’ breaks li bihom ukoll rebħu l-punti u eventwalment il-logħba.

ĦALLI RISPOSTA

Jekk jogħġbok ikteb il-kumment tiegħek!
Jekk jogħġbok iktebismek hawn

Sport