Saturday, September 12, 2026
Home Sport Premier League Ingliż: L-ewwel rebħa ta’ Nottingham Forest f’Villa Park fi 32...

Premier League Ingliż: L-ewwel rebħa ta’ Nottingham Forest f’Villa Park fi 32 sena

0
55

Nottingham Forest kisbu rebħa importanti ta’ 2-1 kontra Aston Villa, l-ewwel waħda tagħhom f’Villa Park fi 32 sena. Din kienet ukoll l-ewwel rebħa ta’ Oliver Glasner bħala coach tal- Forest. Igor Jesus skorja l-goal tar-rebħa żewġ minuti biss qabel it-tmiem, wara li daħal bħala sostitut.

Liam Delap fetaħ l-iskor għall-Forest b’gowl li kien l-ewwel wieħed tiegħu mal-club minn meta ngħaqad magħhom għal £50 miljun mingħand Chelsea fis-sajf. 

Villa rnexxielhom iġibu d-draw permezz ta’ Alysson, li skorja l-ewwel gowl tagħhom fil-Premier League dan l-istaġun. Madankollu, Forest kienu l-aħjar team għal ħafna mil-logħba.

Villa kellhom opportunità kmien biex imorru minn fuq meta x-xutt ta’ Victor Lindelof ġie devjat minn Murillo, iżda il-goalkeeper Matz Sels salva megħjun mil-lasta. Wara l-mistrieħ, Forest ħadu kontroll tal-logħba u ħolqu diversi ċansijiet.

Ir-rebħa tkompli żżid il-pressjoni fuq Unai Emery, li talab paċenzja wara t-tiġdid tat-team matul is-sajf.

LEAVE A REPLY

Please enter your comment!
Please enter your name here