BIRKIRKARA……… 1
HIBERNIANS……… 1
Minn Cristian Muscat
Birkirkara u Hibernians spiċċaw fi draw ta’ 1-1 f’partita bilanċjata.
Iż-żewġ timijiet kienu qed ifittxu rebħa importanti biex itejbu l-pożizzjoni tagħhom fil-klassifika, iżda fl-aħħar kellhom jikkuntentaw b’punt kull wieħed.
Hibernians fetħu l-iskor fil-15-il minuta. Ryder Matos qassam il-ballun lejn Alex Sobczyk, li rnexxielu jinterċetta u mill-viċin għeleb lill-goalkeeper Karkariż, Joseph Ondoa Ebogo.
Birkirkara ppruvaw jirreaġixxu immedjatament, b’Pablo Gabriel Sousa, Fernandinho u Amarildo jkollhom diversi tentattivi, iżda ma rnexxilhomx jiksbu l- goal tal-parità qabel il-mistrieħ.
Hibernians ukoll ħolqu xi opportunitajiet, iżda l-goalkeeper Karkariż kien ferm attent.
Fit-tieni taqsima, Birkirkara żiedu l-pressjoni u komplew ifittxu d-draw.
Pablo Gabriel Sousa kien perikoluż minn diversi free-kicks, filwaqt li Amarildo kellu wkoll tentattiv li għadda ftit barra.
Il-logħba rat ukoll diversi interventi tal-Football Video Support (FVS).
Hibernians talbu reviżjoni għal allegata tkeċċija ta’ Neil Micallef wara kuntatt ma’ Kurt Shaw, iżda l-appell tagħhom ma ntlaqax.
Ftit wara, Birkirkara talbu wkoll reviżjoni wara allegat foul fil-kaxxa, iżda l-uffiċjal Alex Johnson ma bidilx id-deċiżjoni tiegħu.
Fl-74 minuta, Hibernians sofrew daqqa ta’ ħarta meta l-goalkeeper, Matteo Cardinali, sofra injury u kellu jiġi sostitwit minn Pablo Sanchez.
Żewġ minuti wara wasal id-draw ta’ Birkirkara.
Franklin Sasere rċieva cross minn fuq ix-xellug u b’daqqa ta’ ras preċiża għeleb għal kollox lill-goalkeeper ta’ riserva, Nino PabloSanchez biex għamel l-iskor 1-1.
Fl-aħħar minuti, Hibernians reġgħu talbu għall- għajnuna tal-FVS wara allegat handball minn player ta’ Birkirkara, iżda wkoll din it-talba ġiet miċħuda.
Minkejja l-isforzi tal-aħħar, l-ebda team ma rnexxielu jiskorja l-goal tar-rebħa biex il-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1.
Birkirkara: Joseph Fabrice Ondoa Ebogo, Bernardo Wesley Frazan, Rafael Vicente Ferreira, Louis M’Vemba Pahama Ndualu (Franklin Sasere 64), Zach Muscat, Neil Micallef (Kemar Reid 64), Shaft Keith Brewer Jr (Vinicius Jefferson Da Silva 81), Pablo Gabriel Sousa Alves, Aleandro Garzia (Jake Vassallo 18), Jose Fernando Gomes Junior (Jan Busuttil 81), Amarildo Aparecido De Souza Junior – Coach: Paul Zammit
Hibernians: Matteo Cardinali (Nino Pablo Sanchez 75), Moritz Romling, Kurt Shaw, Fabian Jankovic (Khevin Rodrigo Fraga 62), Joseph Mbong, Bjorn Kristensen (Matthew Ellul 62), Oliver Juslin N’Zi, Ryder Matos Santos Silva (Jamie Wahling 62), Jayden Roe, Alex Sobczyk (Joy Slayd Mickels 46), Mouad El Fanis – Coach: Tugberk Tanrivermis
Referee: Alex Johnson
assistenti: Kurt Saliba, David Castillo
Raba’ Uff.: Fyodor Zammit
Skorers: A. Sobczyk 15 (H); F. Sasere 76 (B)
Ammoniti: B. Kristensen, A. Sobczyk, J. Mbong, K. Shaw (H); B. Frazan (B)
Player tal-Logħba: Matteo Cardinali (Hibernians)




